(FILMAT) Il-Captain tal-West Ham jinsulta lil Miccoli għax boċċu

Għamillu ġest b'ħalqu li jfisser 'ciccione' boċċu

24 ta' Lulju 2015 15:33
jonfoh wiccu biex jinsultah li hu minfuħ
Fabrizio Miccoli ġiegħel lit-team ta' Londra, West Ham jirtogħod fejn kellhom ikunu l-lotterija tal-penalties li salvalhom ġieħhom u avvanzaw fil-kompetizzjoni Europa League. In-nervożiżmu deher ħafna fuq il-players ta' West Ham li ħasbu li se tkun passiġġata fuq it-team Karkariż.

Kien goal ta' Miccoli li anke jekk għandu 36 sena wera l-klassi kbira tiegġu u taha r-rebħa mistħoqqa lil Birkirkara li iżda ma rnexxielhomx jikkwalifikaw wara li Vukanac falla penalty li kien fatali għall-istripes.

In-nervożiżmu laħaq il-qofol tiegħu meta il-captain Mark Noble pprovoka lil Miccoli meta insultah billi għamillu mossa li hu bħal speċi minfuh, bil-ġurnali Taljani sejħulu li għajru 'ciccione' , boċċu jew oħxon. Iżda r-referee wera l-karta s-safra lil Miccoli.