Sepp Blatter ħabbar li se jirriżenja

Se jsejjaħ kungress straordinarju biex jilħaq is-suċċessur tiegħu

John Busuttil / 2 ta' Ġunju 2015 20:08
Wara li Sepp Blatter rebaħ l-elezzjoni biex ikun fl-ogħla siġġu tal-Football, President tal-FIFA, ħabbar li se jċedi npostu u se jsejjaħ kungress straordinarju biex jilħaq is-suċċessur tiegħu.

Blatter qal li hu jgħożż il-FIFA aktar minn kollox u jixtieq biss ġid għal-logħba tal-Football u tal-FIFA. "Ħassejt li kelli nerġa nikkontesta l-elezzjoni għax nemmen li hekk kien hemm bżonn għall-organizazzjoni. Dik l-elezzjoni issa lesta iżda l-isfidi tal-FIFA m'humiex. FIFA għandha bżonn qala sew minn taħt. 

"Għalkemm għandi mandat mill-membri tal-FIFA biex nibqa president inħoss li m'għġandix mandat mid-dinja kollha tal-Football - il-partitarji, il-clubs, u n-nies li jgħixu u jħobbu l-Football daqs kemm inħobbuh aħna fil-FIFA. Għalhekk iddeċidejt li nċedi l-mandat tiegħi waqt kungress elettiv straordinarju. Sa dak iż-żmien se nibqa mmexxi l-FIFA u se niffoka biex ikun hemm riformi fundamentali."

Il-President tal-UEFA  Michel Platini, li talab lil Blatter biex jirriżenja qabel l-elezzjoni qal "kienet deċiżjoni diffiċli, deċiżjoni ta' kuraġġ u l-aħjar deċiżjoni."

 

 

 

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.