(FILMAT - b'xi kliem vulgari) L-FA Ingliża qed tinvestiga każ fejn 3 players ta' Leicester kienu ffilmjati waqt orġija

Huma qed jiġu investigati fuq abbuż u kliem razzist fuq tfajla minn Bangkok

John Busuttil / 1 ta' Ġunju 2015 15:43
James Pearson (Iben il-coach)
James Pearson waqt il-filmat
Leicester City u l-FA Ingliża għaddejja b'investigazzjoni wara skandlu li ħareġ fuq id-Daily Mirror meta filmat ta' tliet players ta' Leicester spiċċa f'idejn il-ġurnalisti u tpoġġa online. Dan il-filmat juri lil 3 players waqt sessjoni ta' sess f'tour li ttiħedu t-Tajlandja wara li rnexxielhom isalvaw mir-relegation. Ittieħdu hemm bħala rigal u fl-istess waqt biex jagħtu isem aħjar lil club li hu proprjeta ta' biljunarji Tajlandiżi, ichai Srivaddhanaprabha u ibnu Aiyawatt.

Fost dawk li ħadu sehem f'din l-orġija hemm iben il-coach Ngel Pearson, (James - 22 sena)), flimkien mal-goalkeeper Adam Smith (22 sena) u l-attakkant Tom Hopper (21 sena). Player minnhom jinstema jgħid lil waħda mit-tfajliet 'slit eye' (għajnejha imġebbdin) u jgħajjar oħra 'minging' li tfisser tinten.

Dan il-video xejn ma niżel għasel mal-proprjetarji tal-club li huma kontra kull tip ta' razziżmu u anke mill-Bord tat-Turiżmu tat-Tajlandja li huma l-main sponsors tal-club. Il-players ġew mibgħutha lura lejn l-Ingilterra wara li ħareġ dan il-video fuq il-media u fetħu investigazzjoni dwar il-każ.

Il-players talbu apoloġija pubblika lit-tfajliet u lil familjari tal-players sħabhom u anke lil kollegi tagħhom.

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.