Il-Poodle

Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl.  Ibgħat lil [email protected]

8 ta' Mejju 2015 13:26
Il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar
L-MP George Pullicino, Tonio Fenech u Clyde Puli
Il-pagi baxxi 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil
Biex jiddedika Jum il-Ħaddiem u l-pagi baxxi Simon Busuttil mar iżur il-Betsson fejn il-ħaddiema jaqilgħu pagi li tant huma kbar li kieku Jum il-Ħaddiem jiġi ċċelebrat kuljum.  Imbgħad Xmun imur jikteb li l-ħaddiema barranin qed jiġu Malta minħabba l-pagi baxxi.  Ma nifhmux. 

Michelle u l-Grand Cross

Il-Kavallier Gran Mastru fil-laqgħa tiegħu mal-PM
Kemm ħa pjaċir Joseph Muscat li l-Kavallier Gran Mastru Ingliż dak ismu ma ddurlix li għandu żaqq ta’ porku ta l-unur tal-Grand Cross of the Order “pro merito melitensi” lil Michelle Muscat.  F’kumment qasir u f’waqtu lill-Poodle, il-Prim qalilna: “Jiena naqbel li Michelle the love of my life, tingħata il-Salib il-Kbir tal-ordni.”  U wara nfaqa’ jidħak.  Ola, olla, s-salib il-kbir, olla olla, olla, oooollllaaa.  Ole!

Shirley Farrugia