L-Għanja tal-Poplu, Ħbieb u Għedewwa, u ħolma li tkompli tgħin lit-tfal b’xogħolha bħala LSA

Intervista esklussiva ma' Michela Dalli

Christa Boffa / 3 ta' Mejju 2015 11:08
Kif dħalt f'din id-dinja tal-ispettakklu? Kif tħajjart?


Minn dejjem kelli għal qalbi l-kant u d-drama u ta' sitt snin il-genituri tiegħi daħħluni fl-ewwel kor: 'Cantores Sancti Juliani' dak iz-zmien kien magħruf bħala ''The Children's choir of the European Union'' fejn kelli bosta avvenimenti kemm hawn Malta kif ukoll barra minn
xtutna ma’ dan istess kor. Imbgħad bdejt nieħu l-lezzjonijiet tal-kant, dħalt f'iktar korijiet u l-esperjenzi minn dak iż-zmien ’l hawn ma waqfu qatt. Wara bdejt nieħu d-drama aktar bis-serjetà qisu minn mindu kelli 10snin sal-lum il-gurnata.


Xi rwol tħoss li għandha l-mużika f'ħajtek?

L-ewwel u qabel xejn il-muzika tatni u għadha ttini sodisfazzjon kbir, nemmen li l-mużika hija importanti ħafna f'ħajti għal fatt li ġiegħlitni nikber, laqgħatni ma’ tipi ta' nies differenti u għalkemm fadalli x'naqdef nemmen li diġà wettaqt ħafna ħolm li kelli f'moħħi grazzi għal dawk li emmnu u għadhom jemmnu fijja - fosthom insemmi diretturi ta' korijiet, kompożituri u awturi li ħdimt magħhom. Nixtieq ukoll nirringrazzja lill-għalliema vokali tiegħi Pamela Bezzina minn VocalBooth Studios.


Ikollok tagħżel bejn il-kant u l-irrextar, jirnexxielek tagħżel? Għaliex?

It-tnejn huma għal qalbi ħafna u t-tnejn li huma kbirt fihom. Żgur li ma nistax nagħżel bejniethom għall-fatt li l-kant itini sodisfazzjon mod u d-drama mod ieħor. Il-kant iġiegħlni nesprimi ruħi u nuri emozzjonijiet diversi u d-drama ġiegħlni ninterpreta ħafna karattri differenti u nidħol fiż-żarbun ta' tipi ta' individwi differenti li nsibu fis-socjetà, illum il-gurnata wkoll qed inkompli nistħarreġ fit-tagħlim grazzi għal 'Free Spirit'.

L-intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM