Il-poodle jkompli jgħarrex

Sar jaf fuq Marlene Farrugia, Toni Abela, Da Pippo u Lino Farrugia

26 t'April 2015 21:31
Kemm hi ħelwa Marlene

 

Mela meta kullħadd kien qed jivvota fir-referendum Marlene Farrugia kienet l-Indja. Mar-raġel ovjament.

Ir-raġel by the way huwa Godfrey.  Hemm hekk fl-Indja il-koppja Farrugia li by the way huma ħafjin kienu qed jieklu l-Ghandi tandoori.

 

Viva l-lejber għand da Pippo

 

Mela qabel kien ikun hemm il-ġabra tal-lejburisti l-Mamma Mia kull nhar ta’ ġimgħa, issa kollox dar għal da pippo ġewwa l-Belt, li qabel kien ir-ristorant għall-avukati Nazzjonalisti.  Eħħ, issa kull nhar ta’ ġimgħa jintefgħu il-bravi lejburisti tal-ministri.  U jekk jogħġbok għoddkom ma tafux kemm ikun hemm ċajt ħelu u ftit pastaż, insomma kif igħid il-Giggs, ‘Girls want to have fun, but even Boys!”

 

 

Kemm hu orrajt Lino

 

Lino bħal ma tafu huwa ċajtier kbir, għandu daħka kbira fuq wiċċu kull fejn tarah. Bniedem ferħan, pożittiv, iħobb lil kullħadd inkluż tal-birdlife.  Dan l-aħħar ingħata rigal minn pittur tant hu famuż li insejt x’ismu fih hemm tpinġija qishu ritratt tal-fundatur tal-kaċċaturi moderni Maltin.  Iġifieri kaċċaturi li ma għandhomx senter imma iħobbu ‘the feel’ tas-senter.  U ifhmuni.  Insomma ovjament qed nirreferi għal Kathleen.  Ole!

 

 

Toni u l-awwista!

 

Toni Abela huwa raġel tat-triq.  Iħobb iħoss u fl-istess ħin iħobb jifhem in-nies.  Fix-xogħol tiegħu huwa baqa viċin in-nies u l-annimali.  Fost l-iktar annimal li baqa viċin tiegħu insibu l-awwista.  Annimal li Toni japprezza ħafna għax ifakkru f’mumenti partikolari mill-ħajja tiegħu meta kien taħt l-ilma jistenna biex jiekol xi loqom u jitlob li jagħti kasu xi ħadd!