Wirjiet b’xejn nhar is-Sibt

Valletta Living Historyb'wirjiet b'xejn għall-pubbliku

25 ta' Marzu 2015 15:48
Nhar is-Sibt 28 ta’ Marzu l-ispettaklu Valletta Living History ser ikun qed jikkommemora Jum il-Fondazzjoni tal-Belt Valletta billi jiftaħ l-bibien tiegħu b’xejn għal matul il-jum.  Din l-attività qed issir bil-kooperazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta bħala l-bidu tal-Valletta Roadshow, attività li ser tkun qed tippromwovi l-istorja u l-arti tal-Belt kapitali ta’ Malta permezz ta’ żjarat fil-lukandi minn esperti u ħaddiema ta’ Valletta Living History

Il-Valletta Roadshow qed issir biex tfakkar żewġ anniversarji importanti għall-Malta, dik tal-1565 u 1566 li jfissru 450 sena mill-Assedju l-Kbir u 450 sena mill-fondazzjoni tal-Belt Valletta rispettivament.

Valletta Living History huwa spettaklu awdjoviżivi miġbud f'definizzjoni għolja u tiffoka fuq  l-istorja, kultura u stil ta' ħajja ta' Malta u l-Maltin. Valletta Living Historyjintwera kuljum fil-Kumpless Embassy, fil-Belt Valletta. Aktar informazzjoni tista' tinstab fuq il-websajt www.maltaattraction.com jew issibna fuq Facebook.