(FILMAT) Iffowljah u rritalja b'tisbita ala WWE

BLA KLIEM - Araw filmat

John Busuttil / 23 ta' Frar 2015 16:22
F'partita li ntlagħbet il-bieraħ fl-Ingilterra ingħata karta ħamra għal ritaljazzjoni tad-difensur Shabir Khan ta' Worcester City fuq Charlie Russell ta' Stockport f'rebħa ta' 2-0 ta' Worcester. 

Khan ġie iffowljat minn Russell, u b'xena drammatika qam u irnexxilu jagħmel dak li fir-wrestling jgħidulu 'suplex' perfetta fuq Russell. 

Il-player ta' 29 sena intwera l-karta l-ħamra fid-89 minuta f'din il-logħba tal-Conference North league filwaqt li Russell akkwista karta safra. 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.