Perit Malti jirbaħ 'Store Design of the Year' f'Londra

Jonathan Mizzi rebaħ dan l-unur f'Londra għall-istil innovattiv ta' kif iddisinja store tal-Yoghurt f'Londra

John Busuttil / 1 ta' Diċembru 2014 14:03
Jonathan Mizzi ħa l-entużjasmu tal-Brażil fit-toroq prinċipali ta' Londra
L-iceberg li minnha wieħed jista jieħu s-samba toppings
Jonathan Mizzi l-perit malti li rebaħ id-disinn tas-sena f'Londra
Jonathan Mizzi wara erba' darbiet innominat fl-aħħar rebaħ l-unur tal-aqwa disinn ta' ħanut tas-sena meta ddissinja s-samba Swirl Store f'Camden, Londra. Dan hu l-ewwel self service tal-yoghurt fl-Ingilterra, u Mizzi seraq ix-xena billi rnexxielu jittrasporta l-eċitament tal-Brażil fit-toroq ewlenin tal-Ingilterra. Dan il-ħanut qed ikollu suċċess kbir meta l-klijenti qed jinġibdu mill-kuluri vivaċi li tah l-perit Malti.

Wieħed jista' jmur jieħu l-yoghurt iffriżat b'toppings tal-frott li wieħed jista' jieħu minn speċi ta' iceberg tal-istainless steel imdawla minn LEDs.

Jonathan Mizzi, 32, hu bbażat f'Londra u anke f'Malta u jaħdem f'kull tip ta' disinni minn perizji, disinni industrijali, dwal, disinn interattiv u artworks kummerċjali.

Mizzi Studios ħadem ma' intrapriżi kbar li jinkludu r-Royal Parks ta' Kensington u Chelsea, il-lukanda Mondrion ta' Londra, iz-Zodiac HQ f'Oxford Street, Landrover, Tom Dixon u Marie Guerlain.

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.