Il-Ħrafa tal-Klassi tan-Nofs

L-opinjonista tal-ILLUM, Michael Grech jikteb dwar il-klassi tan-nofs f'pajjiżna...

Minn ftit snin ‘l hawn il-Middle Class, jew il-Klassi tan-Nofs, saret il-mimmi t’gћajnejn iż-żewġ partiti politiċi ewlenin. Dan hu diskors li diġa kien dominanti f’bosta pajjiżi tal-Punent, speċjalment fit-80ijiet. Hu diskors dan, li spiss intuża minn gvernijiet u ћassieba konservattivi biex jiġi ġustifikat l-abbandun ta’ gruppi u safef ta’ nies li jinsabu gћaddejjin ћażin, bl-iskuża li anke jekk mhux qed isir wisq biex min hu gћaddej ћażin jinqala mill-problemi tiegћu, hemm faxxa ta’ nies kbira li m’gћandhiex dћul baxx imma mhiex moqżiżament sinjura,  li taħdem u tistinka, li kulturalment m’hiex l-elite imma lanqas m’hi ta’ kultura ‘baxxa’ fil-gosti, drawwiet u l-mod li bih titkellem, li hi gћaddejja tajjeb.

Hu dan jinġieb bћala argument biex ma jkunx hemm bidliet mill-qiegћ fis-soċjeta’; bћala l-ġustifikjazzjoni tal-fasla ekonomika, politika u soċjali kif inhi.  Aktar minn hekk, l-idea li ma tgћinx li min qiegћed fl-aћћar skaluni tiġi ġustifikata billi l-gvern in kwestjoni jew l-aggużini tal-ћsieb konservattivi jgћidu li kull gћajnuna lil ‘dawn’ hi piż fuq il-klassi tan-nofs. Żid ma’ dan il-ћrejjef  bћal tal-mertikorazija, li min irid jirnexxi jista’ u li l-foqra foqra gћax iridu huma, u toћloq fasla ta’ ideat li jgћinu biex iż-żgћar jibqgћu kif u fejn huma, jekk mhux jinżlu aktar l-isfel. Li spiss ma indunatx il-Klassi tan-Nofs imma; anke għax spiss din gћanda impressjoni tassew falza u qarrieqa dwar kemm hi intelliġenti  (taћseb li hi aktar gћarfa minn missierjietha li kienu jemmnu fl-irwiegel, imma fil-fatt mhix. Dwar dan u aktar ma nistax ma nirrakomandax l-artiklu ‘Faith, Hope and Charity’ ta’ Meinrad Calleja); hi li meta trewwah u ssostni dan it-tip ta’ ћsieb tkun qed issostni ћsieb li ser tisswwat bih.

U Malta

F’pajjiżna dan kollu ġara wkoll, bћal dejjem ftit snin wara l-Ewropa. (Bit-teknoloġija u l-pretensjonijiet kollha tagћna, l-affariiet hawn dejjem jaslu madwar 20 sena tard. Spiss ukoll, l-20 sena differenza ma nużawhiex biex ma nirrepetux l-iżbalji li jkun gћamel ћaddieћor.) L-ewwel beda l-PN fil-bidu tad-90ijiet kif ukoll il-media konservattiva. In-'New Labour' ipprova jadotta dan id-diskors lemini dwar il-klassi tan-Nofs u taћt Muscat mhux biss ћadu imma, bћal affarijiet tal-lemin oћra, gћamlu  tiegћu aktar min-Nazzjonalisti.  

Il-kompetizzjoni li bosta li kellhom dћul medju minn negozju żgћir jiffaċjaw minn ġganti li ma jistgћux jikkompetu magћhom, wasslu biex d-dћul ta’ ћafna minn dawk li suppost qiegћdin fil-Middle Class jonqos drastikament

Issa fir-realta` f’dawn l-aћћar snin ta’ politika tal-lemin (taћt in-Nazzjonalisti minn mindu l-fergћa Neo-liberali rebћet lil dik Demokristjana, u taħt in-New Labour ta’ Muscat) il-qagћda gћall-klassi tan-Nofs kif mifhuma hawn marret lura u mhux tjiebet. Il-prezz tal-propjeta`, l-gћoli tal-ћajja, in-nuqqas ta’ żieda reali fil-pagi ta’ bosta, u l-kompetizzjoni li bosta li kellhom dћul medju minn negozju żgћir jiffaċjaw minn ġganti li ma jistgћux jikkompetu magћhom, wasslu biex d-dħul ta’ ћafna minn dawk li suppost qiegћdin fil-Middle Class jonqos drastikament. Żewġ eżempji isostnu tajjeb dan. 30 sena ilu sid ta’ ћanut tal-merċa kien meqjus benestant żgћir. Illum il-ћwienet tal-merċa għadhom iġaћġћu gћax gћad hemm faxxa ta’ nies li wћud minnhom ma jistgћux imorru jixtru barra minn raћalhom jew minn supermarket barrani u gћax wћud minn dawn il-ћwienet antiki jaċċettaw li jbiegћu bid-dejn lil nies li jafu u jafdawhom.

Kategorija oћra hi dik tal-gћalliema. 30 sena ilu, il-job kellu  żewġ perkaċċi f’gћajnejn ћafna; is-sajf u pagi tajba. Illum, waqt li gћalliem fi primarja jew sekondarja mhux bil-paga minima, xorta aktarx li hu impossibli gћalih/ha li b’paga waћda iżżomm b’mod deċenti u l-fuq minn gћixien bażiku, familja bћalma kien jista’ fil-passat.

Baqa` imma, speċjalment f’kategoriji bћal din tal-aћћar, il-pretensjoni tal-borgeżija. Iċ- ċertifkati ma jfissru xejn u l-bqija imbagћad, ikomplu jrewћu l-gidba li nappartjenu gћal din il-Klassi tan-Nofs fittizja. U bil-kera li dejjem togћla u l-pagi jibqgћu fejn huma, dawk bi dћul medju fir-realta’ sejrin dejjem jonqsu.

E’ io pago! (b’apoloġija lil Toto`)

Min gћandu s-setgћa politika, ekonomika u kulturali juża din il-ћrafa tal-Klassi tan-Nofs biex iġġelled u jifred lil dawk li mhux qed jieklu minn fuq il-mejda u li qed jiggrafaw lil xulxin gћal loqma jew oћra. Ftit ilu l-gћedwwa li minћabba fihom din il-klassi ma kienitx aћjar kienu tat-Tarzna. Illum hemm is-single mothers, il-foqra u l-immigranti. Mhux talli imma li min gћandu s-setgћa ma jimpurtahx minn din is-suppost Klassi tan-Nofs, talli din ser ikollha tagћmel tajjeb gћat-traqqiegћ tal-loqma li min qiegћed imexxi ser jitfa biex il-klieb ma jdurux gћalih jew jibdew jigmu. Ejja nћarsu lejn il-biċċa tal-paga minima. Il-gvern ma jridx jgћolli din il-paga (u Alla jbierek, l-oppiżizzjoni li teżisti biss gћan-numru taqbel!) Minflok qal li ser jgћati xi forma ta’ kumpens, (biex ma jintmessx il-qliegћ ta’ min qed jaqla` sew gћax dan donnu sagru sant). Ovvjament dan ser  jingћata mill-kaxxa ta’ pajjiżna. Min ser iћallas gћaliha allura? Min jaqla aktar mill-minima, u jћallas it-taxxa. Il-famuża klassi tan-Nofs. Biċ-ċertifkati u l-pretensjonijiet kollha imma, il-Middle Class ma tindunax b’dan!

Nota tal-aħħar

Fl-aћћar artiklu tkellimt fuq l-aċċ ess ta’ Manoel Island.  Xtaqt ninnota, wara li kien hem min ġibli l-attenzjoni, li dak li gћidt jgћodd ukoll gћal mkejjen bћal Tigne. Lir-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet ukoll nappoġġa inizjattivi simili. 

More in Ittri