Ittri Il-punt Blogs

Poodle | Intervista esklussiva ma' Maria Efimova

Il-Poodle jċempel lil Maria Efimova wara li ħa l-parir ta' Father Joe Borg

Poodle / 16 t'April 2018 12:10
Il-poodle llum għandu intervista esklussiva ma’ Maria Efimova. Ippruvajna nagħmlu traduzzjoni kemm jista’ jkun korretta, fejn Maria tkellmet bir-Russu użajna r-Russu.

Poodle:  Hello sinjura Efimova, grazzi li aċċettajt li tkellimna.

Efimova:  Доброе утро, мальтийское дерьмо (1). Kif inti.  Jien aċċettajt li nkellmek wara li Father Joe Borg li warajh hemm ġurnalist wieħed tajjeb biss u semma lilek.

Poodle: Grazzi, għalfejn għażilt li turi wiċċek, żgur hemm uċuħ isbaħ minn tiegħek?

Efimova:  Joe (Father) qalli li tista’ tkun daqsxejn m’aħniex!

Poodle: Hekk qed jgħid kulħadd fuqek tafx. Isma’ kif qegħdin flimkien, tal-egrant għandek xi karta biex tipprova dak li allegajt fuq Michelle?

Efimova:  Tkunx żibel, jien lil Aaron tajtu kollox u għandu kollox. U meta ħares lejn għajnejja kien jaf li qed ngħid il-verità.

Poodle:  Imma ma kellekx dokument biex tipprova kollox.

Efimova: Ruffjan, jiena nemmen f’Alla, u Alla huwa fuqi u jaf li qed ngħid il-verità.

Poodle:  Iva, okay, anki jien nemmen f’Alla xi kultant, imma għidli għandek xi prova?

Efimova: Il-kelma tiegħi.

Poodle:  Isma’, veru taħseb li joqtluk meta tiġi Malta?

Efimova:  Ara l-ieħor, jagħmlu agħar milli għamel Stalin u li qed jagħmel Putin. Intom mafia state, intom pajjiz bla rule of law, intom pajjiż banana republic, intom pajjiż vjolenti, intom nies kattivi, intom MAFJUŻI.

Poodle: I see.  Ħa niġu għall-bank Pilatus, imma inti vera sifirt minn fuq dahar il-bank mingħajr ma kellek dritt tieħu flus il-bank biex tieħu btala.

Efimova: Ma rridx nirrispondi.

Poodle: X’iġifieri ma tridx tirrispondi? Veru jew le?

Efimova:  Fil-mument opportun ngħid li għandi ngħid.

Poodle: Okay. Isma’, il-kumpanija Cipriota Costas Tsirides & Co L.L.C. qalu li int ukoll sraqt mingħandhom.

Efimova: Ma rridx nirrispondi.

Poodle: X’iġifieri ma tridx tirrispondi?  Jista’ jkun li int tivvinta t-trouble?

Efimova: Ослабитель (2)

Poodle: Ma qiegħed nifhem xejn. Kellimini bl-Ingliż.

Efimova: Jiena żbaljajt kellimtek, Father Joe qalli li inti Nazzjonalist bħalu u ser titrattani sew. Inti żibel, inti agent tal-istat.

Poodle:  Isma’, mistoqsijiet qed nagħmillek biss. Mistoqsija, x’tgħidli fuq Ferris?

Efimova:  Ara Ferris meta arrestani kien raġel differenti, illum għax telaq u ġie mkeċċi mill-FIAU huwa raġel fuq l-irġiel. Inħobbu… le mhux fuq dak is-sens, jien inħobbhom daqsxejn mibrumin. Naħseb li ġie sfurzat li jarrestani u llum aħna t-tnejn li aħna għax nemmnu f’Alla nafu li s-sewwa jirbaħ żgur.

Poodle:  I see, l-aħħar mistoqsija. X’tgħidli fuq Daphne?

Efimova:  (Biki kbir, u għajjat u tisbit fl-isfond) Kienet l-iktar persuna onesta li qatt rajt u qrajt, mara ħelwa u ġentili, tħobb il-proxxmu, ma tgħid xejn ħażin fuq in-nies, tara t-tajjeb fin-nies, ma tiġġudikax lin-nies, temmen li kulħadd ugwali, korrettissima u korretta b’mod speċjali meta tiġi biex trodd lura lill-Istat, lingwista prima fl-ilsien Malti u persuna li ma tgħirx u meqjusa fi kliemha.

Poodle:  Grazzi sinjura Efimova, u grazzi għall-kliem sabiħ tiegħek u nixtieqlek all the best.
  1. Bonġu a ħarja
  2. Xbajt tilaq is-sorm


Stħarriġ
Segwina fuq Facebook