Poodle | It-telefonata bejn Xmun u Charles

Il-Poodle jiżvela telefonata bejn l-Arċisqof u Simon Busuttil

Skużawni, imma ma stajtx inkun magħkom il-ġimgħa l-oħra kelli bżonn nagħmel operazzjoni – bejnietna ssewwejt.  Għax il-partner qaltli ‘she wants the real thing, no more rubber!’  U kif kont qed nirkupra d-dar wasalli tajp privat ta’ diskors bejn Xmun u Charles l-Isqof.  Ajma ma, jiena mhux ser nikkummenta imma nħalli f’idejkom ta’ Nsara li intom.

Xmun:   “Hello, Is that you Excellency!”

Isqof:  “Iva, ta’ Simon kif inti?”

Xmun: “Ħa ngħidlek eċċelenza, rajta dik il-pastażata ta’ Muscat.  We have to do something!”

Isqof: “Iva, il-mamà kważi xerqet fil-biskuttina u għajjtitli biex narah.  Che stronzo, questo Premier.  U dak Xandru kif sar, qisu merċenarju.”

Xmun: “Jien l-istess kont fuq is-sufan u kelli l-partner fuqi, u xħin smajt li smajt, tajtha daqqa ġo ħalqha bi żball tant kont angry.”

Isqof: “Ma missekx tagħmel hekk, per amor di Dio.  Agħmel bħali, meta nkun irrabbjat immur quddiem il-mera u ngħajjar lili nnifsi kemm jien sabiħ u kemm fini raġel.”

Xmun: “I see, l-aħħar darba li għamilt hekk quddiem il-mera, daret fuqi l-partner u she told me to stop being stupid, u ordnatli biex nerġa’ ndawwar ġismi b’xugaman.”

Isqof: “Tajjeb, imma x’ser nagħmlu Xmun?”

Xmun: “Jiena mhux ser noqgħod kwiet, dan qisu Toto Riina tal-Mafja. I do not give a beep beep if Adrian Delia ma jridx li niftaħ ħalqi. Imma jien ser nattakah fuq twitter.”

Isqof: “Tagħmel sew, anki jien tafx. Għalkemm suppost tajt kelma li noqgħod lura.”

Fil-backgrawnd- Charles, Charles ħanini, il-banju lest iddumx għax il-bubble bath ma jibqax.  Tinsiex . -  Ġej Mummy!”

Xmun: “Ħa ngħidlek Muscat rufjan u mafjuż, ma nistax għalih aktar, kuljum nitlob li jinżel minn hemm.”

Isqof:  “Jien nitlob ukoll, li n-nies jagħrfu bejn it-tajjeb u l-ħażin, ma nistax nifhem għax is-sena l-oħra fqajt il-ġenna kollha bit-talb u safrattant ara x’ġara.”

Xmun: “X’taħseb?  Taħseb li għalxejn it-talb?”

Isqof: “Jien hekk naħseb tafx, għax kieku kwart mit-talb ġie rrekordjat kieku Muscat qiegħed inkarċerat u ikatennat.”

Xmun: “Imma għalfejn nobogħdu daqshekk?”

Isqof: “Jien nistaqsi l-istess ħaġa, imma mbagħad ngħid li verament nobogħdu għax inħobbu ħafna.”

Xmun: “I think I understand.”

Isqof:  “Veru qed tifhem?”

Xmun:  “Iva ta, jien nobogħdu għax inħobbu, I love him because I cannot stand him.”

Isqof: “Anki jien tafx.  Bejnietna jien ħadt ir-ruħ meta reġa’ rebaħ. Għax trid tammetti ma kienx joqogħdlok ta’ Prim Ministru.”

Xmun:  “Taf li qed naqbel miegħek, jiena issa qed nammetti li I was not up for it.  Ma kontx kapaċi. Ara vera qed inħossni aħjar li qed inkun sinċier.”

Isqof: “Jien nemmen li meta tkun sinċier l-aħjar ħaġa fid-dinja, bħal pereżempju l-aħħar darba kont Bormla u kien hemm wieħed u qalli li qisni ż*** ġo bott, u aħjar immur lura ċ-Ċili fost dawk il-qatta’ …  - fil-backgrawnd – Charles ħanini, ejja ħanini, dawk il-bubbles ser jisparixxu u l-ilma żgur kesaħ, ejja ħalli t-telefon – ħa jkolli mmur Xmun.”

Xmun:  “Ċaw tafx, jien ħa nittwittja, imbagħad ikollok ċans ara x’tista’ tagħmel int, blezzjoni.”

Isqof: “Nome del padre, del figlio e del spirito santo, io ti benedico.”

More in Blogs