Biex it-tfal u l-Afrikani jpejpu iżjed

Skont riċerka fi 22 pajjiż minnha rriżulta li f’dawn il-pajjiżi l-bejgħ tas-sigaretti qed isir qrib l-iskejjel

L-industrija tas-sigaretti hi magħrufa għall-qligħ kbir li qed tagħmel. Imma billi mhux sodisfatti qed tkun esposta għal żewġ akkużi serji – li qed tesponi lit-tfal għall-perikli li jibdew ipejpu kmieni; u li qed tagħmel kampanja sħiħa biex l-Afrikani jżidu l-ammont ta’sigaretti li qed ipejpu.

Skont riċerka fi 22 pajjiż minnha rriżulta li f’dawn il-pajjiżi l-bejgħ tas-sigaretti qed isir qrib l-iskejjel, li fil-ħwienet li jbigħu l-ħelu, is-sigaretti qed jitqiegħdu fil-qrib u li qed jitqiegħdu f’boroż attraenti. Qed isiru reklami tad-ditti differenti ta’ sigaretti b’ittri ikbar mill-isem tal-ħwienet li fihom jinbiegħu, uħud mis-sigaretti bil-wieħed ħalli t-tfal ikunu jistgħu jixtruhom anke jekk ma jkollhomx ħafna flus.

Ir-riċerka saret minn gruppi b’risq is-saħħa pubblika, organizzazzjonijiet diversi kif ukoll mill-Università John Hopkins.

Instab li s-sigaretti Marlboro magħmula mid-ditta Philip Morris kif ukoll dawk tal-British American Tobacco, fosthom Pall Mall, Kent, Dunhill u Lucky Strike qed ikunu għall-bejgħ qrib l-iskejjel kważi fil-pajjiżi kollha eżaminati.

Togħma ħelwa

Id-ditti magħmula minn Japan Tobacco u minn Imperial dehru qrib l-iskejjel fi kwantitajiet iżgħar. Fl-Indja kien hemm għall-bejgħ tabakk li qiegħed biex jomogħduh maġenb il-ħelu qrib il-bibien ta’ l-iskejjel.

Imma d-ditti qed jiċħdu dawn l-akkużi. Big Tobacco, Philip Morris Internatioanl u British American Tobacco qalu li huma ma jimmirawx għall-bejgħ tas-sigaretti lit-tfal f’ebda pajjiż fid-dinja.

Il-bejgħ tas-sigaretti ikopri ħafna tattiċi. Biex jiġbdu lit-tfal jagħtuh it-togħma tal-menta, tal-lumi, tal-għeneb u togħmiet oħrajn.

Is-sigaretti sikwit issibhom qrib il-ħelu, ix-xorb li jtextex, qrib il-pitazzi u l-kotba. Instab f’ċerti bliet pakketti tas-sigareti miftuħin sinjal li qed jinbiegħu bil-wieħed.

Fl-Indja hemm liġijiet kontra l-bejgħ ta’ sigaretti lit-tfal u qrib l-iskejjel imma dawn il-liġijiet mhumiex osservati. Hemm fejn għandek kjosk għall-ħelu u l-lollipops u ħdejh eżatt kjosk għall-prodotti tat-tabakk.

Dr. Kumar Anra

Dr. Suresh Kumar Anra, l-uffiċjal ewlieni għall-kontroll tat-tabakk qal li mhix ħaġa ħafifa biex tinforza l-liġi: “it-tfal huma immaturi u huma influwenzati mit-tfal tamparhom u huma jieħdu gost jisperimentaw u għalhekk huma l-mira tad-ditti tat-tabakk li jafu li dawn jistgħu għada jkunu klijenti tagħhom”. F’Gakarta, fl-Indonesja l-ħwienet gie li jkollhom pakketti tas-sigaretti biex iqassmuhom b’xejn ħalli jqanqlu l-aptit.

Kull 3 xhur rappreżentanti tad-ditti jżuru l-ħwienet u joffru reklami b’xejn isbaħ u iżjed ġodda.

Mhux kollha wieġbu

Fl-Indonesja l-industrija tat-tabakk ħolqot uħud min-nies l-iżjed sinjuri u tħallas $10.5 biljun dollaru bħala taxxa u tagħmel reklami mal-pajjiż kollu. Mhux id-ditti tat-tabakk kollha wieġbu għat-talba ta’ kummenti għall-kwestjonarju li sarilhom.

More in Blogs