Opinjoni| Il-liġi l-ġdida tal-Istampa… insaħħu d-demokrazija bil-fatti

Ftit kienu l-Gvernijiet li tejbu u rriformaw l-organi ewlenin tal-istat daqs kemm għamilna aħna

Kif dejjem ngħid, ħaddieħor ipaċpaċ – aħna nwettqu. Ftit kienu l-Gvernijiet li tejbu u rriformaw l-organi ewlenin tal-istat daqs kemm għamilna aħna.  Implimentajna fi żmien qasir bidliet li ħaddieħor kien ilu jpaċpaċ is-snin dwarhom. Ftit kienu l-Gvernijiet li tejbu u rriformaw l-organi ewlenin tal-istat daqs kemm għamilna aħna.  Implimentajna fi żmien qasir bidliet li ħaddieħor kien ilu jpaċpaċ is-snin dwarhom.

Il-liġi l-ġdida tal-istampa kienet il-pass li jmiss.

Ngħiduha kif inhi, dawn ir-riformi istituzzjonali għajr li kruċjali, ħafna drabi ma jolqtux il-bniedem tat-triq b’mod dirett u fl-immedjat.  Kultant, miżura żgħira, bħal roħs marġinali f’xi prodotti, tinteressa lill-pubbliku inġenerali iktar minn narrattivi dwar tisħiħ tal-istituzzjonijiet.

Biss, jien konvint li l-poplu japprezza li qabel ma nitkellmu fuq l-ekonomija u x-xogħol u l-investiment, irridu naraw li l-pedament – jiġifieri d-demokrazija – jkun b’saħħtu u magħqud daqs il-konkrit.

Intuli tibni l-isbaħ palazzi jekk ikollok il-pedament imkisser.  Hekk ukoll, fl-għaqal tiegħu, Joseph Muscat ra li mhux biss jibni ekonomija b’saħħitha u ekonomija soda imma jkollu pediment b’saħħtu u aħjar minn qatt qabel.

‘Biex il-media timxi ’l quddiem u jkollha l-fiduċja hu kruċjali li l-għan tagħha hu li tfittex il-verità. Mhux li tkisser partit jew ieħor. Imma li tfittex il-verità.’

Il-media hi parti integrali mid-demokrazija tagħna.

Jien l-ewwel wieħed inħoss li l-media għandha bżonn iddur dawra magħha nnifisha.  Ftit ilu kien hemm survey ippubblikat mill-MISCO u nstab li fejn tidħol fiduċja tal-poplu l-media kienet taħt nett.

Dan mhux tajjeb.  Ix-xewqa tiegħi hi li jkun hemm ħafna u ħafna iktar nies li jkollhom fiduċja fil-media għax hekk hu sewwa u hekk għandu jkun.

Biex il-media timxi ’l quddiem u jkollha l-fiduċja hu kruċjali li l-għan tagħha hu li tfittex il-verità.  Mhux li tkisser partit jew ieħor.  Imma li tfittex il-verità.

U l-verità ma għandhiex tħares lejn uċuħ u għandha tkun għamja.

Din naraha nieqsa f’ħafna mezzi tax-xandir indipendenti (m’iniex qed nirreferi għal din il-gazzetta).  Kultant l-attentat li wieħed joskura bl-iktar mod b’saħħtu possibbli dak kollu li jista’ jagħmel il-Gvern ikun ċar u jidher wisq. U għalhekk il-fiduċja titnaqqar. U sfortunatament mal-ħażin jeħel it-tajjeb.

Iktar libertà’, iktar piżijiet.

Dan hu statement ċar u kategoriku li ma tridx wisq għerf biex tifhmu. Issa li l-bibien tal-libertà tal-espressjoni ġurnalistika se jinfetħu beraħ, hu kruċjali iktar minn qatt qabel li l-ġurnalisti jużaw id-drittijiet ġodda li għandhom bl-iktar mod responsabbli. Storja tista’ tkisser u teqred il-ħajja ta’ dak li jkun.  Rajna x’ġara barra minn Malta meta kien hemm persuni li neħħew ħajjithom b’idejhom wara Ii ħarġet storja f’ġurnal partikolari.  Mur ġib lura dik il-ħajja! 

Il-ġurnalisti għandhom għodda b’saħħitha ħafna ħafna u issa din is-saħħa se tikber iktar.Kruċjali li wieħed jutilizza din is-saħħa b’mod għaqli.

Intejbu l-ħajja taċ-ċittadini

Xtaqt li nsemmi wkoll żewġ inizjattivi li ħadna fl-aħħar ftit jiem li nemmen li se jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini tagħna mhux ftit.

L-ewwel inizjattiva kienet dik li niftħu l-bibien beraħ għar-reġistru tal-Ħarsien tal-Minuri fejn issa l-Għaqdiet Volontarji se jkunu jistgħu jiċċekkjaw jekk bniedem huwiex fuq ir-reġistru bla ħlas.  Qabel kienu jħallsu bejn wieħed u wieħed €20 biex jiċċekkjaw jekk persuna li taħdem magħha (bi ħlas jew volontarjament) hijiex fuq ir-reġistru.  Issa dan l-iċċekkjar jista’ jsir b’xejn u bla ħlas.

‘Intuli tibni l-isbaħ palazzi jekk ikollok il-pedament imkisser. Hekk ukoll, fl-għaqal tiegħu, Joseph Muscat ra li mhux biss jibni ekonomija b’saħħitha u ekonomija soda imma jkollu pediment b’saħħtu’

Dan se jserraħ iktar moħħ il-ġenituri li jafu li l-għaqdiet issa se jkollhom l-ikbar faċilità possibbli biex jagħmlu l-verifiki tagħhom waqt li l-proċess ġudizzjarju jassigura li d-drittijiet ta’ kulħadd  (inkluż tal-vittmi tar-reat oriġinali) jiġu protetti.

It-tieni inizzjattiva importanti li ħadna kienet dik li tirrigwardja l-Culture Pass għas-sena 2018.

X’inhu l-Culture Pass?  Il-Culture Pass huwa menù ta’ 25 rappreżentazzjoni li noffruha b’xejn lill-istudenti kollha tal-Middle Schools u s-Sekondarji.  Bih l-istudenti kollha tagħna jkollhom dritt jattendu għal imqar rappreżentazzjoni kulturali waħda waqt li naturalment l-artist tiġi kreat lilu opportunità ġdida biex isaħħaħ il-karriera tiegħu.

Aħna nemmenu li dan l-aċċess għall-kultura huwa kruċjali biex pajjiżna u l-poplu tagħna jimxi ’l quddiem.  Jekk aħna jirnexxilna nilqgħu minn età żgħira lil uliedna u wlied uliedna u ntuhom aċċess b’saħħtu għall-kultura, allura pajjiżna jkun aħjar u aktar b’saħħtu… u wliedna iktar kuntenti!

More in Blogs