Opinjoni | Daphne u l-bqija

Michael Grech jgħid li wara l-mewt ta' Caruana Galizia, l-mewt ma tibdilx il-ћama f’deheb jew id-deheb f’ћama.

Li titpenġa bћala champion tal-verità, hi gidba mill-aktar faћxija. Fejn kienet meta nkixef l-iskandlu tal-Fairmount? U l-iskandlu taż-żejt? U kemm kienu veri (xejn) l-ћrejjef fuq dak li gћamel ġurnalist ewlieni waqt li kienet qed tmut martu li kien jadura?  Il-mewt ma tibdilx il-ћama f’deheb jew id-deheb f’ћama. Kienet għadu tal-klassi tal-ħaddiema.

Anke meta kienet tiddefendi parti minn din il-klassi (l-immigranti) il-kontribut tagħha kien jagħmel aktar ħsara milli ġid, billi kienet isaħħan lil parti l-oħra ta’ din il-klassi –li kienet tqis bħala xi nies inferjuri – kontra dawn, flok tgħin biex tgħaqqadhom flimkien. Kienet klassista u illoġika, tipprova tirbaћ argument billi tattakka privatament; tikteb fuq qrajjen, dehra fiżika u skappaturi, u mhux tikkritika biss l-argumenti jew l-operat ta’ min qed topponi.

Kellha wkoll il-preġi tagћha. Kienet kuraġużża u ta’ dan jista’ jkun ћallset l-akbar prezz. Waqt li appoġġat indirettament nies medjokri, kellha l-gost li ma kinitx tipprova tikkonvinċik li l-medjokrità ta’ dan jew dak hi fil-verità preġju.

Kienet tesprimi ruћha impekkabbilment. Minkejja kollox imma, il-ġudizzju tiegћi fuq xogћolha hu negattiv. Il-persuna ma niġġudikahiex. B’mod Nisrani ma nistax ma nitћassarhiex. Jalla tistrieћ fis-sliem. Kondoljanzi lil familja, speċjalment lill-wild li kellu l-isfortuna jkun preżenti meta nћasdet. La hu u lanqas ommu ma kien jistћoqqilhom hekk. Daqshekk fuq Daphne. Ser nitkellem fuq il-bqija.

Ir-raqda tar-raġuni twelled….(b’apoloġija lil Goya)

Barra minn Daphne naћseb mietet il-loġika u d-dinjità jekk qatt kienu jeżistu fuq din il-blata. Ibda biex li kulћadd qed jassumi li d-delitt bilfors marbut max-xogћol ġurnalistiku tagћha. Vera li din hi ћaġa mill-aktar probabbli, imma hu nuqqas ta’ serjetà mill-medja u minn ћaddieћor li jsostnu dan bћallikieku ћaġa ċerta.

Aktar baxxa mbagћad li tgћid b’mod ċert li dan hu qtil politiku. B’dan f’pajjiżna wieћed jifhem li d-delitt sar gћal raġunijiet marbuta ma xi partit jew ieћor, jekk mhux ġie imqabbad minn ћadd fit-tali jew tali partit. Hemm bosta nies baxxi fuq iż-żewġ naћat li bejn il-linji qed isostnu dan, liema nies baxxi jinkludu ġurnalisti, li wћud minnhom marru m’oћrajn jippupaw sidirhom quddiem il-qorti u jgћidu li mhu ser jagћlqilhom ћalqhom ћadd. (Mhux ovvja li le, jekk magћluq diġà).

Jista’ jkun li l-qtil hu politiku kif imfisser hawn fuq (marbut ma’ partit politiku). Madankollu hi bassezza li tgћid jew tissuġuerixxi dan b’mod indirett bћallikieku hi ċertezza.

Kien hemm imbagħad min qalilna li qtil bħal dan mhux denju ta’ Malta, għax affarijiet bħal dawn ma jsirux f’pajjiżi Ewropej. Apparti t-ton razzist u imperjalista tal-ħsieb (bħallikieku dawk li mhux Ewropej huma xi kategorija ta’ nies qattiela jew anqas umani mill-Ewropej) ħmerijiet bħal dawn, magħduda minn nies kollha pretensjonijiet u pożi, juru kemm anke s-suppost ħassieba u intelletwali lokali huma parrokjali; mhux ’il bogħod minn dak li jaħseb li l-festa tar-raħal hi l-akbar avveniment fl-univers.

Il-qtil tal-ġurnalisti taċ-Charlie Hebdo fl-Ewropa seħħ, bħalma seħħew tul is-snin l-għexieren ta’qtil ta’ ġurnalisti fl-Italja, Spanja u pajjiżi oħra Ewropej. Dan ovvjament ma jiġġustifikax jew inaqqas mill-gravità ta’ dak li ġara lil Daphne; sempliċement juri kemm hawn pċielaq bi pretensjonijiet.

Illoġika hi wkoll l-gћajta biex jitwarrab il-Kummissarju tal-Pulizja f’rabta ma’ dan il-każ. Hemm mitt raġuni gћall-bilda fit-tmexxija u aktar importanti fl-operat tal-pulizija, ibda mit-telqa enormi li hawn fil-pajjiż, in-nuqqas ta’ dixxiplina li b’kull responsabilità insostni li żdiedet taћt dan il-gvern, in-nuqqas ta’ pulizija fejn hemm bżonn, u l-modus operandi xejn ċar f’ċerti  każi, madankollu mhux f’rabta mad-delitt ta’ Daphne.

Li issostni li xi ћadd hu responsabbli ta’ persuna li rrifjutat skorta u kienet taћseb li l-klieb tagћha biżżejjed biex iћarsuha, hi illoġika daqs xi ћadd li jsostni li jien responsabbli mill-mewt bil-ġuћ tat-tali meta dan irrifjuta l-ikel li offrejtlu. Għandu jwarrab ukoll kieku l-investigazzjonijiet ta’ wara mhux qed isiru tajjeb.

Dan imma mhux il-każ (anke għax hawn esperti minn barra jaraw li kollox sew). Farsa oħra hi tas-saltna tad-dritt f’rabta mad-delitt. L-istat tad-dritt kien jinkiser b’rabta mal-mewt tagħha kieku kien hemm xi ħaġa direttament marbuta mal-qtil mill-awtoritajiet li mhix skont il-liġi u l-proċeduri stabbiliti.

Sa fejn naf jien ma kien hemm xejn minn dan. Jekk imbagħad wieħed jgħid li għandu jirriżenja għax il-ħatra tiegħu għanda/kellha riħa politika dik hi kwestjoni oħra, li imma bl-ebda mod mhi marbuta mal-qtil ta’ Daphne, sakemm fis-sakra tal-kannoniżazzjoni din ma tinbidilx f’appostlu tal-meritokrazija li żgur ma kinitx. Vera li kien hemm drabi fejn indikat l-iskandlu ta’ ċerti karigi. Madankollu, anke f’dan kienet tara dak li trid tara, u tinjora dak li trid tinjora.

Mistoqsijiet maћruba

F’rabta mal-pulizija u l-ġustizzja madankollu, hemm mistoqsijiet li kellhom isiru rigward il-qtil ta’ Daphne, anzi li kellhom isiru ћafna qabel, li jew ma sarux jew spiċċaw second division. L-ewwelnett mistoqsijiet marbuta mal-mod professjonali li bih inqatlet Daphne. Biex inkun ġust issa hemm min stenbaħ dwar dan. Madankollu din il-professjonalità ġa kienet tidher f’delitti li saru qabel u ma nafx għalfejn min stenbaħ stenbaħ issa.

F’Marzu ta’ din is-sena fuq din l-istess gażżetta kont ktibt li ‘Donnu ma rridux - bħala poplu, gvern, ġurnalisti, ħassieba u ċittadini – nistaqsu x’inhu l-kaġun li l-kriminalità donnha qed issir aktar organizzata, li qed isseħħu atti kriminali li jidhru aktar professjonali, jekk hemmx (jew aħjar x’inhuma) r-rabtiet ta’ din mal-ekonomija u possibbilment, ma’ setturi tal-politika, u mistoqsijiet serji, u gravi bħal dawn.’ Ħadd imma ma kien ta’ każ għax il-lokijiet inklussivi u l-ħaxixa kienu aktar importanti għall-ħassieba u kittieba ‘impenjati’.

Dwar l-ekonomija li gћaliha nirreferi fis-silta, min jaf farka fuq din jaf x’tip ta’ nies u flus jiġbu lejhom s-servizzi finanzjarji laxki, l-igaming u l-investiment qawwi barrani f’setturi bħall-bini, (kuntrarju għal setturi bħall-manifattura ngħidu aħna, fejn il-ħasil tal-flus hu anqas faċli).

Issa ovvjament mhux ser nagħmel l-iżball li qed ngħid li għamel ħaddieħor u nsostni li l-mewt ta’ Daphne hi marbuta ma’ dawn. Insostni biss li interessi ta’ dan it-tip mhux ser jaħsbuha darbtejn jekk iħossuhom mhedda. U ma naħsibx li bħala stat u poplu għandna l-ħila noћduha magћhom. Malta tista’ issir dak li kienet Kuba fi żmien Batista. 

U l-mistoqijsa ewlenija li rridu nistaqsu hawnhekk, mistoqsija li l-paroli u l-manifestazzjoniiet farsa fuq Kummissarju u mhux kumissarju qed ibegћduna minnha, hi lesti nibdlu l-ekonomija tagћna b’mod radikali, ћaġa li l-partiti ewlenin u anke bosta li qed jieћdu rikba ta’ popolarità mill-mewt ta’ Daphne ma naћsibx iridu? Lesti nagћmlu dan anke akkost li mhux talli ma jkollniex ћtieġa nġibu ћaddiema minn barra, talli jkollna persentaġġ ta’ qagћd? Lest il-ġar tiegħek jagħmel hekk minkejja li beħsiebu jtella blokka flattijiet flok id-dar, u allura jista’ jispiċċa ma jbiegħx jew jikri dan? Lesti jkollna ekonomija iċken (ћaġa li mhux bil-fors hi negattiva kif kont argumentajt f’artiklu t’Awwissu ‘Torrijiet, ekonomija u dommi’)? Lesti nammettu li bosta mill-miti fuq l-ekonomija li ilhom isiru domma mis-87, dwar l-ekonomija tas-suq, l-Unjoni Ewropea u l-investiment finanzjarju flok industrijali,  wasslu gћal qagħda li ninsabu fiha? Ma nistgћux irriduha ћobbla u treddgћa. Min jgћati x’jifhem mod ieћor hu profeta falz u giddieb.

Daqshekk fuq dan il-każ anke għax, kuntrarju għal dak li jaħsbu l-eroj tal-kartapesta, inkluż bosta xellugin tal-isem, il-fqar għadhom magħna u l-problemi tagħhom huma ħafna aktar importanti mill-Kummissarju.

More in Blogs