opinjoni | Barċellona mhux Babel

'Ma naf lil ħadd li jrid jagħmel użu minn droga, u ma jagħmilx dan sempliċement għax hi illegali. Il-liġi tad-droga saret bħalma kienet il-liġi tad-dagħa, ineffettiva'

Ħa nibda mid-droga gћax xi ћadd iddeċieda li dik hi l-kwestjoni ewlenija bћalissa. Bħal issa ma naħsibx jagħmel sens li d-droga – id-droga u mhux biss il-ħaxixa – tibqa’ illegali. Ma jagħmilx sens, mhux għax nemmen li l-konsum ta’ din hi ħaġa tajba jew għandha tkun aċċettabli, imma billi naħseb li l-istrateġija tal-projbizzjoni falliet. Il-projbizzjoni mhix tgħin għax il-liġi tilfet il-funzjoni ta’ deterrent. Ma naf lil ħadd li jrid jagħmel użu minn droga, u ma jagħmilx dan sempliċement għax hi illegali. Il-liġi tad-droga saret bħalma kienet il-liġi tad-dagħa, ineffettiva. Jekk tibża’ minn multa ta’ pulizija, sempliċement tidgħix quddiemu/ha.

Il-liġi inkewstjoni tilfet ukoll il-funzjoni edukattiva. Il-liġi li tgħidlek li m’għandikx tarmi imbarazz barra hi faċli li wieħed jifhem ir-raġunar ta’ warajha u jagħraf it-tjieba ta’ dan. Anke jekk wieћed jarmi barra, aktarx li jkun jaf li mhux iġib ruћu sew. Mhux hekk il-liġi tad- droga. Teżisti kultura li timbotta lejn id-droga, li tinkoraġġik taħrab mill-ħajja u li tgħidlek li hu tajjeb taqbeż ċertu limiti biex tkun taf li qed tgħix. Fid-dawl ta’ din il-kultura, il-liġi tad-dorga għandha dak li bl-Ingliż jissejjaħ ‘forbidden fruit effect ћaġa li aktar tħajjar lejn id-droga milli jimbotta lil hinn minnha. Jekk irridu neqirdu d-droga bl-gћeruq u x-xniexel, hi din il-kultura, u l-fasla ekonomika li magћha hi marbuta, li rridu nibdlu. Gћal dan imma, ma tantx jidher li hemm rieda u enerġija.

Legaliżazzjoni tista’ anke tgħin li min qed juża droga għax dan jispiċċa meqjus mill-istat, biss u mingħajr kantunieri, bћala vittma. Ikun hawn aktar kontroll fuq il-kwalità ta’ droga li tiġi użata. Tifred ukoll il-kura mill-kastig. B’hekk min jersaq għal kura jersaq mhux biex jiffranka xi jumejn maqful, imma b’konvinzjoni. Riabilitazzjoni issir bћal gym. Hawn problema ta’ ћxuna, imma hawn min hu konxju u jipprova joћroġ minn din billi juża istituzzjonijiet bћal dawn.

Ma rrid bl-ebda mod ngħati l-impressjoni li jekk id-droga tiġi liberalizzata l-għada ser titla’ x-xemx. Il-legalizazzjoni hi qabel kollox ammissjoni ta’ telfa nemmen madankollu, li s-sitwazzjoni tkun ftit aħjar jekk id-droga tiġi illegalizzatta u jkun hemm emfasi li jitnaqqsu l-effetti ħżiena marbuta mal-użu.

Kif ktibt fl-aħħar artiklu f’dan il-ġurnal, importanti li ma jkunx hawn banalizzazzjoni f’diskussjonijiet ta’ dan it-tip. (Ħaġa li tibanalizza ngħidu aħna, kif spejga sew ħabib li jaħdem f’dan il-qasam, hi l-użu tal-kelma ‘rikrejattiv’). Nibża’ li dan mhux ser ikun il-każ. Nibża` anke għax nara il-mod li bih jintlaqgħu ċerti dikjarazzjonjiet, bħal dik li saret reċentement mill-ministru Fearne fejn iġġustifika l-legalizzazzjoni tal-ћaxixa gћax ‘gћażla personali’, hu simplistiku u ma jarax il-konsegwenzi ћżiena ta’ ċertu raġunamenti anke lil hinn mill-kwestjoni. 

Liberaliżmu falz u ћelsien vera

Jekk xi darba pajjiżna jieћu dan il-pass, li jћalli mara toffri ġufha b’gћażla ћielsa, gћax ma jћallix jagћmlu dan biss lil nisa li gћandhom kont tal-bank f’ismihhom ġa mimli sew u livell t’edukazzjoni gћolja

Li l-bniedem jiddeċiedi hu dak li jrid jew ma jridx jagћmel f’ћajtu, u li l-istat jindaћal mill-anqas fil-ћajja ta’ dak li jkun, huma ћwejjeġ mill-aktar ideali. Waћda mill-akbar esperjenzi ta’ libertà fl-istorja reċenti kienet Barċellona tul il-gwerra ċivili Spanjola (minkejja il-kuntradizzjonijet li kien hemm f’din l-esperjenza; ngћidu aћna min xtaq jippratika fil-beraћ xi forma ta’ twemmin reliġjuż, ma tantx kien ћieles jagћmel dan). Il-ћaddiema Anarkiċi hawnhekk kienu eleminaw l-istat, u wkoll qassmu ћobż u dinjità lil dawk li gћal sekli kienu maћkuma.

            Madankollu, f’sitwazzjonjiet oћra t-tbarrija tal-istat mhux dejjem tfisser aktar libertà. Li temmen dan bћala ovvju hi domma falza – domma falza tal-Liberaliżmu klassiku u tan-Neo-liberaliżmu. Dawn spiss jifmhu l-libertà sempliċement bћala kwestjoni ta’ kemm l-individwu jkun ћieles mill-istituzzjonijiet, inkluż mill-istat. Spiss jaraw il-libertà bћala kwestjoni ta’ fejn jibdew u fejn jispiċċaw il-prerograttivi ta’ istituzzjoni bћall-istat fuq naћa u tal-individwu fuq oћra. Isostnu li l-individwu dejjem gћandu jitћalla jagћmel id-deċiżjonijiet tiegћu hu. Bosta Neo-Liberali ngћidu aћna, isostnu li jekk b’mod ћieles Ġakbu jiftiehem ma’ Frans li jaћdem sigћat twal gћal ftit ewri, l-istat m’gћandux jindaћal billi jimponi lil Frans iћallas paga minima xierqa lil Ġakbu, gћax dan gћandu jkun ћieles jaћdem gћal-liema paga jrid.  

Biż-żmien madankollu, tfaċċa tip ieћor ta’ Liberaliżmu. Fil-qasam politiku dan hu marbut ma’ nies bћal Franklin Roosevelt u Lyndon. Johnson. Dan il-Liberaliżmu jżomm li l-kwestjoni tal-libertà tal-individwu tmur lil hinn minn jekk il-liġi tћallix lil dak li jkun  jagћżel hu; li barra mill-individwu u l-istat hemm fatturi oћra marbuta ma’ qagћda ekonomika, klassi u kultura li jistgћu li jistgћu jxekklu lil individwu milli jaġixxi b’mod verament ћieles. Li jekk Ġakbu qed ‘jaċċetta’ li jaћdem bil-loqom, mhux qed jagћmel hekk gћax verament ћieles, imma gћax irid jiekol u ma jistax jagћmel mod ieћor. Li allura l-ћelsien tiegћu hu farsa li tgћatti sitwazzjoni fejn min jiflaħ jisfrutta lil min ma jiflaћx. Ironakiment, dan jitlob l-intervent tal-istat, u mhux li l-istat joqgћod lura u ma jindaћalx, biex ikun hawn vera ћelsien.

            Nibża’ li jekk naċċettaw bћala ovvji raġunar bћal ‘l-individwu jagћżel hu’, u dan it-tip ta’ raġunar isir domma fl-ekonomija u fuq kwestjonijiet soċjo-morali bћal dawk tal-prostituzzjoni u l-kiri tal-ġuf, ser nispiċċaw bl-ewwel gћamliet ta’ Liberaliżmu. Ser nispiċċaw b’sitwazzjoni tixbah lil Babel tal-Bibbja fejn ‘kulћadd jagћmel li jrid’, imma li fis-sewwa min jiflaħ jitbaћrad u ż-żgћir iћallas il-prezz. Ħa niffoka fuq l-aћћar kwestjoni li semmejt, tal-kiri tal-ġuf. Nistgћu nispiċċaw f’sitwazzjoni fejn mara li tikri ġufha ser tiġi meqjusa bћala persuna li sempliċement gћamlet gћażla ћielsa, huma x’inhuma l-kundizzjonijiet psikoloġiċi u finanzjarji tagћha. Jekk xi darba pajjiżna jieћu dan il-pass, li jћalli mara toffri ġufha b’gћażla ћielsa, gћax ma jћallix jagћmlu dan biss lil nisa li gћandhom kont tal-bank f’ismihhom ġa mimli sew (allura mhux ser tagћmel hekk gћall-bżonn) u livell t’edukazzjoni gћolja? Jew ser nispiċċaw f’qagћda li l-istat ma jridx jaqla’ lil dawk l-aktar ’l isfel mill-problemi tagћhom, imma jippermettilhom mezzi bћal dawn biex ‘jgћinu lilhom infushom’? Babel jew Barċellona?

More in Blogs