Ittri Il-punt Blogs

Il-flus, il-koruzzjoni u s-surveys

minn Duncan Bonnici, mill-Partit Demokratiku

2 ta' Diċembru 2016 18:42
M'għadnix inħares lejn surveys bl-istess mod li kont qabel. Trump u r-referendum għall-Brexit urew li r-realtà taf tkun ferm differenti minn xi stħarriġ tal-opinjoni pubblika. Fih iniffsu hemm inċertezza ikkalkulata u hemm oħrajn li diffiċli li wieħed jikkwantifika. Qatt ma tista’ tkun taf il-vera opinjoni ta' dawk li jieħdu sehem f’dawn is-surverys. Kif wieħed jerspimi ruħu waqt survey u kif jivvota dakinhar tal-elezzjoni jista’ jkun hemm differenzi kbar. 

L-aħħar surveys li ġew ippubblikati minn ġurnali ewlenin juru li l-poplu għadu jippreferi lill-PL milli xi partit iehor. Jekk għal mument nassumu li dawn is-surveys qegħdin jirriflettu r-realtà ta' kif inhi l-opinjoni pubblika preżenti, allura ta' min wieħed jistaqsi għaliex ir-riżultat ġie hekk u jekk dan hux inkwetanti.

Mhux l-iskop tiegħi li nelenka l-każijiet fejn kien hemm korruzzjoni jew suspett tagħha. Kulħadd jaf liema huma dawn il-każijiet u tkellimna bil-bosta fuqhom. Però nixtieq nelabora fuq il-fatt kif dawn ftit li xejn affetwaw ir-riżultat tal-istrħarriġ. Il-poplu Malti huwa tolleranti għall-korruzzjoni? Ma jidejjaqx iħallas taxxi li probabbli qed jispiċċaw mhux imqassma kif suppost? Jew ma jimpurtahx li forsi hemm xi nies li qed idaħħlu balla flus fil-kontijiet tagħhom (moħbija) fuq xi negozzju li jsir f'isem il-gvern? Mhux aħjar li flejjes bħal dawn jintużaw biex jgħinu lil min hu veru batut ħalli ma jaqax lura? Forsi l-poplu Malti ilu jara l-korruzzjoni quddiem wiċċu u issa tant ġie mdorri li din saret ħaġa normali? Ngħiduha kif inhi, dan il-gvern mhux l-ewwel wieħed li għandu każijiet jew ċirkostanzi li jissuġġerixxu li hemm xi tip ta’ korruzzjoni. Lanqas xejn. Li huwa differenti però hu li l-PL fil-gvern għandu nies imċappsin li qegħdin fil-quċċata tal-amministrazzjoni!  Żgur mhux qed jgħatu eżempju tajjeb lil ħaddieħor, anzi pjuttost bil-kontra. 

"Il-Partit Demokratiku huwa ħieles u m'għandux ktajjen li jorbtuh jagħmel pjaċiri lil dak jew lil ieħor. Partit li fforma biex jiġġieled il-korruzzjoni"
Jista’ jagħti l-każ li iktar huma importanti l-flus fil-but milli kull ħaġ'oħra allura r-riżulatati tas-surverys baqgħu favur il-PL? Ninsab ċert li l-maġġoranza tan-nies taf aħjar. Huwa fatt li flus fil-but jiġġeneraw il-kummerċ u jżommu r-rota ddur. Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma raħsu kif kien ħabbar il-PL qabel l-aħħar elezzjoni u b'hekk iċ-ċittadini għandhom iktar flus fi bwiethom. Il-PL ġietu tajba għax raħas iż-żejt! B'hekk seta’ jnaqqas il-kontijiet b'mod iktar faċli. Però qed ibigħ iċ-ċittadinanza u ishma tal-Enemalta. Kemm aħna kapaċi nsostnuh dan it-tip ta dħul? Kemm-il ċittandinza ser inbigħu? Kemm kumpaniji parastatali baqgħalna x'nagħtu lill-privat? Dan id-dħul mhux sostenibbli! Ikun ferm aħjar jekk niġġieldu l-evażjoni tat-taxxa. Però min hu fit-tmun ma tantx qed jagħti eżempju tajjeb. Qed jagħti l-impressjoni li għandek tqabbel fejn jaqbel - fuq livell personali ovjament!

Il-Partit Dekokratiku, għalkemm għadu jitwieled, diġà wera li għamel differenza. Kien kapaċi jagħmel dan kollu b'siġġu wieħed fil-parlament. Il-PD huwa ħieles u m'għandux ktajjen li jorbtuh jagħmel pjaċiri lil dak jew lil ieħor. Partit li fforma biex jiġġieled il-korruzzjoni u jisħaq fuq governanza nadifa u effiċjenti. Partit li jgħallem bl-eżempju tajjeb. Dawn huma l-pedamenti fuq xiex il-PD huwa mibni. 

 

Eng.Duncan Bonnici huwa membru tal-Partit Demokratiku. 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook