Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

Project Cabaret: kunċett mużiko-teatrali ġdid

Project Cabaret se jittella’ fis-7,14 u 15 ta’ Mejju f’Palazzo de la Salle, il-Belt Valletta.

Staff Reporter / 4 ta' Mejju 2016 11:12
Project Cabaret
L-idea għal dan il-proġett ta’ Project Cabaret twieldet madwar erba’ snin ilu, wara li konna parti mill-udjenza ta’ produzzjoni fi spazju intimu, ħsibna li din tkun atmosfera ideali għal Musical Theatre Cabaret, fejn nonoraw mhux biss kompożizzjonijiet magħrufa, iżda oħrajn li minkejja ġmielhom, mhumiex daqstant rikonoxxuti.

Għalfejn għażilna repertorju ta’ Musical Theatre? Fortunatament u fl-istess ħin ironikament, l-opportunitajiet ta’ tagħlim fil-Musical Theatre għal artisti żgħar qed jiżdiedu, imma ftit huma l-ispazji fejn dan il-ġeneru jista’ jiġi esplorat barra mil-lakuna edukattiva li trawmu. Għaldaqstant xtaqna nagħtu ċans lill-atturi-mużiċisti sħabna jesploraw il-mużika li tant iħobbu mill-musicals favoriti tagħhom.

Allura xi jfisser it-terminu attur-mużiċist? Il-kast jikkonsisti f’artisti mħarrġa fil-musical theatre u li huma wkoll mużiċisti. Dan jiftaħ diversi possibilitajiet għal esperimenti fejn jidħlu arranġamenti mużikali tar-repertorju magħżul, u jħallilna kontroll kreattiv assolut fuq l-interpretazzjonijiet tagħna. Jiġifieri stennew xi sorpriża jew tnejn!  

Project Cabaret se jittella’ fis-7,14 u 15 ta’ Mejju f’Palazzo de la Salle, il-Belt Valletta. Il-biljetti għall-prezz ta’ €10.50 jistgħu jinxtraw minn www.ticketline.com.mt

Il-kast jinkludi lil Ryan Paul Abela, Analise Cassar, Gianni Selvaggi, Philippa Cassar, Luke Cucciardi, Chantelle Micallef Grimaud, Luke Zerafa, Antonella Mifsud, Sean Borg u Sandie Von Brockdorff.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook