It-Tliet Marijiet – Attività f’Selmun fil-31 ta’ Marzu 2015

Id-dramm jirrakkonta l-esperjenza tat-tliet nisa li marru fuq il-qabar ta’ Kristu
Id-dramm jirrakkonta l-esperjenza tat-tliet nisa li marru fuq il-qabar ta’ Kristu

Bħala parti mill-festa tal-Ġimgħa Mqaddsa, nhar it-Tlieta 31 ta’ Marzu l-Fondazzjoni Arkeo bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Mellieħa se terġa’ tiftaħ l-irziezet taċ-Ċentru tal-Viżitaturi Selmun-Imġiebaħ, faċċata tal-Palazz ta’ Selmun. Il-viżitaturi ser jiġu mdawra mal-kumpless fejn ser ikun fost l-oħrajn is-suldati Rumani tar-Re-enactment Group 10th Legion Malta, wirja dwar l-oqbra Puniko-Rumani f’Malta, u t-tindif tal-oqbra Puniko-Rumani li jinstabu f’Selmun stess. L-attività tinkludi wkoll r-reċta oriġinali ta’ Ernest Vella  - It-Tliet Marijiet.  Dan id-dramm jirrakkonta l-esperjenza tat-tliet nisa li marru fuq il-qabar ta’ Kristu. 

Din l-attività se tkun forma ta’ tour gwidat li jibda kull siegħa mill-11am sal-4pm. Il-biljetti ta’ €7 jinkludu platt Malti u xarba, filwaqt li tista’ li jekk tixtieq tkun parti mill-tour gwidat il-prezz hu ta’ €2. It-tfal taħt it-8 snin jidħlu b’xejn. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mingħand: [email protected], permezz ta’ messaġġ fuq Facebook: Selmun Imġiebaħ Visitors Centre jew Fondazzjoni Arkeo, Anastasi Panini Valletta,  Selmun Bar Mellieħa,  Farmer’s Fresh Mellieħa, Xelters Mellieħa, Kor u Orkestra Marija Bambina Mellieħa. Jistgħu jinkisbu biljetti mill-bieb dakinhar tal-attività.

More in Arti