VOX POP | ‘L-aktar importanti li tkun maqgħud mal-familja u ġġib rispett lil kulħadd’

L-ILLUM tkellmet ma’ numru ta’ nies li kollha sostnew kemm għalihom il-familja hija l-qofol tal-Milied, hekk kif qasmu wkoll ma’ din il-gazzetta l-pjanijiet tagħhom għal lejlet u jum il-Milied...

Fl-aħħar ġranet ta’ qabel il-Milied, it-toroq imżejna tal-Belt Valletta jkunu miżgħuda bin-nies għaddejjin bl-aħħar xiri tal-Milied tagħhom, hekk kif bla dubju ta’ xejn it-tradizzjoni tar-rigali tibqa’ waħda popolari fost kulħadd. Kif jidlam u jinxtegħlu s-siġar tal-Milied u d-dekorazzjonijiet l-oħra, in-nies fit-toroq tal-Belt jinbidlu għal dawk li ħarġu għal xi ikla jew xi żewġ drinks mal-ħbieb. Fl-aħħar mill-aħħar, żmien il-Milied dejjem ikun skuża tajba biex toħroġ tiddeverti.

Iżda jibqa’ l-fatt li ‘l fuq minn kollox, għall-poplu Malti, l-iktar ħaġa importanti fi żmien il-Milied tibqa’ dejjem il-ħin mal-familja. Lil hinn mill-festini, it-tiżjin u d-divertiment, l-ewwel u qabel kollox tiġi l-ikla tal-Milied ma’ dawk li l-aktar inħobbu, u għal dawk li ma tantx jaraw ta’ spiss, il-Milied ikun raġuni tajba biex jerġgħu joqorbu lejhom.

L-ILLUM tkellmet ma’ numru ta’ nies fit-toroq tal-Belt, li kollha kemm huma sostnew kemm għalihom il-familja hija l-qofol tal-Milied, hekk kif qasmu wkoll ma’ din il-gazzetta l-pjanijiet tagħhom għal lejlet u jum il-Milied

 

More in Intervisti