Il-Ġimgħa tal-Festa | Tmien paġni dwar il-festi u tradizzjonijiet marbutin magħhom

X'inhu tużżell? Għalfejn il-Knejjes jiżżejnu bl-aħmar? Il-festi għandhom jkunu provduti fondi mill-Gvern? U liema statwetta tinbiegħ l-aktar? 

Il-festi Maltin fuq il-gazzetta ILLUM
Il-festi Maltin fuq il-gazzetta ILLUM

Għada fuq il-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd l-ILLUM se jkun hemm tmien paġni kollha ddedikati għall-festi Maltin. Il-gazzetta staqsiet lil Mark Micallef Perconte dwar oġġetti u kant marbut mal-ġimgħa tal-festa, Mario Coleiro jitkellem dwar it-tradizzjonijiet differenti marbutin mal-festi nżuru il-ħanut Saulus, Il-Bottegin ta' San Martin u l-bejjiegħ tal-maggijiet quddiem il-Qorti kif ukoll nintervistaw lil Andrew Azzopardi dwar il-festi Maltin. 

Araw ukoll l-itinerarju sħiħ tal-Festi  kollha Maltin, dawk li għaddew u dawk il-ħafna li għadhom ġejjin. 

Tmien paġni ta' ritratti, kuluri u informazzjoni dwar l-istaġun tal-festi li ninsabu fih.  

More in Hames Minuti