Ħames Minuti ma' Franklin Calleja

Franklin Calleja ġuvni ta’ 21 sena mimli ħolm u ispirazzjonijiet. Franklin ilu jkanta għal dawn l-aħħar tmien snin, però stabbilixxa ruħu fuq t-televiżjoni matul dawn l-aħħar sentejn. Kienet ħolma kbira tiegħu li jsir kantant ta’ suċċess u li jkollu ċ-ċans li jsir iktar magħruf. Franklin huwa l-kantant residenti fil-programm ferm popolari HADD GHALIK! ippreżentat minn Angie Laus.

Qed ikompli jaħdem ħafna sabiex jilħaq il-ħolm li jixtieq jilħaq. Jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li jissaportjawh. Speċjalment lil Glen vella li huwa għalliem u ħabib kbir ta’ Franklin.

Franklin Calleja
Franklin Calleja

Kelma waħda li tispjega ħajtek?

Mużikali.

 

X’inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? 

Pożittiva, għaliex nemmen li m’għandek taqta’ qalbek qatt, għaliex xi darba l-ħolm għad isir realtà.

 

Hemm ċans li xi darba nirbħu l-Eurovision?

Iva, għaliex nemmen fit-talent tajjeb li għandna f’pajjiżna

 

X’taħseb dwar il-fatt li Gaia Cauchi u t-tim tagħha ġie nnominat għal Ġieħ ir-Repubblika?

Kien ħaqqhom kollha kemm huma għaliex ġabu isem pajjiżna iżjed ‘il quddiem fix-xena mużikali.

 

Kemm hi importanti għalik l-imħabba?

Importanti ħafna għaliex fil-ħajja ħadd ma jgħix mingħajrha.

 

X’valur għandhom il-flus għal ħajtek?

Bla flus jgħidu li la tgħannaq u lanqas tbus, però xorta nemmen li mhumiex il-prijorità assoluta.

 

X’taħseb dwar il-kaċċa f’Malta?

Naħseb li kulħadd għandru dritt għall-ħajja, biex b’hekk in-natura ma tkomplix tinqered.

 

X’tippreferi: is-sajf jew ix-xitwa?

Is-sajf jogħġobni għall-għawm, u x-xitwa togħġobni għaliex iġġib magħha festi sbieħ bħall-Milied.

 

Favur jew kontra l-ewtanasja volontarja?

Ma naqbilx għaliex nemmen li dak li għandu jkun mn’Alla jsir u ħadd ma jista’ jikkmanda ħajjet ħaddieħor.

 

X’jiffrustrak?

Min imerini meta nkun naf u ċert li jkolli raġun!

 

X’ibeżżgħek?

Tbeżżani l-mewt għall-fatt li naf li rrid inħalli lil dawk li nħobb warajja, nibża’ ħafna wkoll mill-klieb il-baħar u s-sriep.

 

Franklin Calleja jemmen f’Alla? Għaliex?

Iva, bla dubju ta’ xejn. Nemmen fih u fil-fidi tiegħu, għaliex hu biss jista’ kollox.

 

Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda?

Bil-mod il-mod qegħdin niftħu moħħna u m’għadhiex xi ħaġa ta’ tabù meta xi ħadd jilbes xi ħaġa differenti bħal ta’ xi pajjiżi xi ‘l bogħod minn xtutna. 

 

Kemm tħobb lil pajjiżek?

Ovvjament inħobbu għaliex hu art twelidi u għandu ħafna karatteristiċi pożittivi li pajjiżi oħrajn m’għandhomx. Pereżempju dawk li jaħsbu tard bħali, għandhom vantaġġ li jgħixu f’Malta għaliex tasal minn post għall-ieħor malajr.

 

Kieku jkollok tagħżel pajjiż li jirrapreżentak liem pajjiż tagħżel?

Londra għaliex jogħġobni ħafna bħala pajjiż u l-isil ta’ lbies tagħhom, u New York, għaliex togħġobni bħala l-istil ta' ħajja ta’ kif jgħixu r-residenti t’hemm.

 

X’inhu suċċess fil-ħajja għalik?

Li nilħaq l-għanijiet li minn dejjem kelli għall-karriera tiegħi.

 

L-iktar darba li stħajt?

Meta darba kont f’ċinema u waqqajt l-ikel tan-nies ħdejja u tant stħajt li tlaqt minn ħdejhom.

 

L-isbaħ esperjenza f’ħajtek?

Meta tlajt għall-ewwel darba fuq il-palk tal-Malta Eurovosion Song Contest, is-sena l-oħra.

 

Il-futur ta’ Franklin Calleja...

Mimlija mużika u ferħ. U jekk inkun relax id-dar bil-flus deħlin, żgur m'inix ħa ngħid le!

More in Hames Minuti