Filmat: F'jum id-Duluri grupp żgħażagħ jingħaqdu minn djarhom biex ikantaw l-Ave Maria

Kantawha bit-Taljan b'sens ta' solidarjetà mal-Italja li ntlaqtet bil-kbir bl-imxija tal-Covid-19

Fil-jum li normalment it-toroq tagħna jkunu miżgħuda b’eluf ta’ Insara li jimxu wara x-xbieha tad-Duluri, grupp ta’ żgħażagħ mill-Band Kordi tas-Santwarju Parrokjali tal-Madonna ta’ Pompei ta’ Marsaxlokk, xorta waħda riedu li jagħmlu xi ħaġa speċjali għal dan il-jum għażiż, anke jekk ma ħarġux minn darhom.

Fil-fatt, kull membru ta’ din il-band, mid-dar tiegħu, kanta l-Ave Maria ta' Mite Balduzzi, liema filmati mbagħad twaħħdu f’filmat wieħed biex inħolqot sinfonija waħda.

Iż-żgħażagħ ħasbu li jinterpretaw l-Ave Maria bit-Taljan anke b'sens ta' solidarjetà mal-Italja li ntlaqtet bil-kbir bl-imxija tal-Covid-19.

Din hija l-lirika tal-Ave Maria, biex anke intom tingħaqdu magħhom fil-kant:

Ave Maria, Ave!
Ave Maria, Ave!

Donna dell’attesa e madre di speranza, ora pro nobis.
Donna del sorriso e madre del silenzio, ora pro nobis.
Donna di frontiera e madre dell’ardore, ora pro nobis.
Donna del riposo e madre del sentiero, ora pro nobis.

Ave Maria, Ave!
Ave Maria, Ave!

Donna del deserto e madre del respiro, ora pro nobis.
Donna della sera e madre del ricordo, ora pro nobis.
Donna del presente e madre del ritorno, ora pro nobis.
Donna della terra e madre dell’amore, ora pro nobis.

Ave Maria, Ave!
Ave Maria, Ave!

More in Festi