'Tajna dak li kollu li stajna' - Michela qabel is-semi finali tal-lejla

Illejla Malta se tkun qed tkanta fil-11-il post fit-tieni semi finali f'Tel Aviv

Xhur sħaħ ta' ħidma tal-kontinġent Malti jilħqu l-qofol tagħhom illum hekk kif illejla Michela se tkun qed tkanta fit-tieni semi finali tal-Eurovision Song Contest f'Tel Aviv.

F'kummenti tagħha dalgħodu waqt TVAM, Michela saħqet li hi flimkien mat-tim kollu ħadmu kemm felħu biex iġibu l-aqwa riżultat għal Malta.

Għall-Michela, il-provi marru tajjeb ħafna u leħinha, il-kuluri u l-ispettaklu jidher li niżlu tajjeb ma' bosta hekk kif Malta żammet postha fost l-aqwa għaxar kanzunetti ta' din is-sena u dan skont il-book makers.

Michela se tkun qed tkanta l-kanzunetta tagħha ‘Chameleon’ fil-11-il post.

More in Divertiment