Filmat | Ir-rappreżentant ta' Iżrael fil-Eurovision ikanta l-kanzunetta Angel ta' Chiara

Jgħid li din kienet il-kanzunetta li waslitu biex jibda jkanta u jaspira li jieħu sehem fil-Eurovision

Kobi Marini, il-kantant li se jkun qed jirrappreżenta lil Iżrael fil-Eurovision Song Contest qal li l-kanzunetta Angel, li biha Chiara rrappreżentat lil Malta fl-2005, ispiratu biex jibda jkanta u biex jieħu sehem fil-Eurovision.

Il-kantant deher emozzjonat meta waqt konferenza tal-aħbarijiet kanta biċċa mill-kanzunetta Angel.

Saħaq li għadu sal-lum, kull tant żmien, jisma' din il-kanzunetta li fiha kliemu timlih bil-motivazzjoni.

Intant, Chiara kienet mistiedna biex tkun waħda mill-artisti mill-Eurovision li se tkun qed tkanta fil-Euroclub, il-klabb tal-Eurovision, f’Tel Aviv fl-Iżrael.

 

More in Divertiment