Initium | Il-Passjoni fil-Pjazza ta’ Ħal Tarxien

Dramm tal-passjoni fil-Pjazza ta’ Ħal Tarxien nhar is-16 u s-17 t’April fit-7:45p.m

Reġgħet waslet. Reġa wasal iż-żmien tant mistenni mill-membri tat-Tarxien Pageant Group li ta kull sena għal dawn l-aħħar 26 sena, kienu attivi bid-drammi tal-Ġimgħa l-Kbira. Din is-sena, b’kollaborazzjoni mal-Parroċċa u bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien, se jkunu qegħdin itellgħu dramm ieħor fil-Pjazza ta’ Ħal Tarxien nhar is-16 u s-17 t’April fit-7:45p.m bl-isem ta’ Initium, il-Bidu.

Fuq kitba ta’ Andreas Grech u Daniel Pace, se mmorru lura elfejn sena u se nesperjenzaw il-ħajja u l-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Initium, se jkun qiegħed iressaqna viċin tal-Persuna li kienet ġiet biex tħabbar u twassal il-messaġġ tal-wasla tal-Messija fostna, Ġwanni il-Battista. Naraw il-miġja tat-tnejn li huma li waslitom għal tbatijiet kbar, tbatijiet li wasslu għas-salvazzjoni tal-bniedem. Se ngħixu wkoll il-konflitt li kien hemm bejn Erodi u Martu kontra Ġwanni l-Battista. Sakemm finalment naslu għall-Passjoni tal-imgħallem. Passjoni mwassla b’tant devozzjoni mill-atturi, li tfakkarna fit-tbatijiet tal-Messija u ta’ dawk l-aktar qrib tiegħu. 

Maqsum fuq żewġt Atti, dan id-dramm tal-passjoni huwa tradizzjonali u jżomm ħafna mal-użanzi li kienu jintużaw f’dawk iż-żmienijiet. Biex jiddekora dan kollu, l-organiżżaturi, bl-għajnuna ħabbrika tal-membri voluntiera, jtellgħu stejġ imdaqqas sew li jieħu l-Pjazza kollha minn naħa s’oħra. Stejġ li qiegħed mibni biex idaħħal l-udjenza aktar fl-atmosfera ta’ dawn iż-żmienijiet ta’ preparazzjoni għall-akbar ġrajja li qatt seħħet.

Din is-sena, se jkunu qegħdin jiġu mżanżna Vestwarju ġdid. Bħal kull sena, għal dawn l-aħħar snin, erġajna nvestejna biex, bi studju u reqqa kbira, niżviluppaw il-Vestwarju u nagħmluh awtentitku mal-ilbies ta’ dak iż-żmien.

Kull sena dan il-grupp jaħdem biex itejjeb il-faċilitajiet lill-udjneza. Saru żviluppi li se tgawdu minnhom intom l-udjenza fejn fl-arena se jkun hemm użu ta’ aktar ‘heaters’ li jilqgħu xi ftit mis-sirda peress li dan id-dramm jsir fuq barra. Li intom tkunu komdi waqt li tkunu qegħdin taraw id-dramm hija prijorita’ għalina.

Għall-€6 se tkunu qegħdin tesprejenzaw dan id-dramm mtellgħa ‘Live’ u b’aktar minn 100 attur kollha ħerqana biex iwasslulkom dan il-messaġġ tant speċjali. Apparti l-atturi hemm aktar minn 30 persuna wara l-kwienti li jaraw li kollox imur sew u kif mistenni.  Għal aktar informazzjoni fuq dan id-dramm, Initium, jew biex tużaw l-‘Online Booking’ u tirriservaw postkom, tistgħu żżuru il-paġna uffiċjali ta’ Facebook taħt l-isem Tarxien Pageant Group jew tistgħu ċċemplulna fuq 79998206.

More in Divertiment