Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-oroskopju mill-Ħadd 14 t’April sas-Sibt 20 t’April

Paul Jon / 15 t'April 2019 12:38
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku għalik ser ikun fażi li ma xtaqtx li dħalt fiha iżda ma kellek l-ebda kontroll issa li qiegħda tiffaċċja r-realtà trid tagħraf int liema direzzjoni ser tabqad. Għalkemm fil-mument m’għandekx għażla imma hekk kif jgħaddi ftit taż-żmien u tibda taħseb u tifli aktar is-sitwazzjoni, tara li għad għandek xaqq ta’ dawl u hekk tista’ tagħraf. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: isfar u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 19 u 20

L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku għalik ser iwasslek qrib xi ħadd madwarek li se jaħsdek bl-imġiba tiegħu. Dan se jagħmlek xi ftit ħosbien. Qatt ma immaġinajt li din il-persuna tista’ ġġib ruħha b’dan il-mod, imma l-aħjar li min-naħa tiegħek ma turi l-ebda reazzjoni anzi ibqa’ għaddej bir-rutina tiegħek sabiex fl-ebda ħin ma titfixkel. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 18 u 19

L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Cancer

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku għalik ser iqarrbek aktar lejn emozzjonijiet li bħalissa għaddejjin madwarek u minħabba dak li ġarrabt dan qiegħed jikkawżalek ftit ta’ taqlib mir-rutina. Dan ser jagħmel ftit ta’ żmien madwarek imma l-importanti mhux kemm se jagħmel madwarek imma kemm int kapaċi tikkumbatti dak li qed iseħħ madwarek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u aħmar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 28 u 20  

L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Scoprio

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku għalik huwa dak il-mument li int toħroġ għal ftit mir-rutina magħluqa tiegħek. Dan hu importanti ħafna fil-jiem li ġejjin ħalli terġa’ ssib spazju ta’ rilassament. Tajjeb li terġa’ tidħol għad-delizzji li kellek. Jekk tagħraf issib ħin għal ħajtek tissaħħaħ aktar imma jekk se tibqa’ mgħaffeġ bil-pressjoni madwarek dan jaf ikun ta’ dannu għal saħħtek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 19 u 20

L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Leo

Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku għalik ser jurik li għalkemm xi wħud minn dawk madwarek qegħdin jippruvaw jaqtgħulek qalbek, int xorta waħda se tibqa’ għaddej minn dak li għandek ippjanat. Dan juri l-qawwa li int tippossedi ġewwa fik li kontra kull kurrent tibqa’ miexi għal dak li int temmen fih. Mument ta’ responsabbilità kbira għal bosta deċiżjonijiet.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 18 u 19

L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn  Sagittarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku għalik ser ikun riflessjoni ta’ għażla li ser tfixklek xi ftit sabiex tagħraf l-aħjar tagħha. Għalkemm forsi ma tkunx f’postok għalkollox imma li tkun viċin dak li huwa tant importanti li jagħmlek aktar int ikun biżżejjed. Xi kultant fil-ħajja ma jiġix kollox kif tixtiequ int. Imma trid tagħraf tieħu l-aħjar minn dak li jkun hemm madwarek.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 19 u 20

L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Pisces

 Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku għalik ser jirrifletti dwar ħsieb li ilu jdur ġewwa moħħok u issa wasal dak il-mument sabiex twettqu. Ma tistax tibqa’ żżomm lura għax iż-żmien għaddej. Aktar u aktar meta bħalissa għandek ċertu pożittività u għalhekk huwa ż-żmien opportun li int taħtaf l-okkażjoni ta’ dan il-mument u twettaq dak li tant ilek tixtieq. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 18 u 19  

L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Capricorn

Leo huma magħrufin bħala persuni umli

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku għalik ser ikun mument ta’ inċertezza u nuqqas ta’ stabbilità. Dan huwa dak li hemm għaddej madwarek bħalissa u dan ma ġarax f’daqqa imma aktarx li in ħallejt kollox mitluq għal raħu u issa trid tieqaf tirrifletti sabiex din is-sitwazzjoni tibda tingħeleb. Trid tibda billi tkun aktar kunfidenti u hekk tistabbilixxi lilek innifsek.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 18 u 20  

L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Capricorn

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ser iwasslek għal deċiżjoni li kellek tieħu ftit żmien ilu u bqajt ma ħadtx. Issa huwa l-mument li għandek tieħu din id-deċiżjoni u dan sabiex issaħħaħ il-karriera tiegħek. Din hi pedina importanti f’ħajtek. Però int suppost magħruf li żżomm bilanċ u għalhekk trid twettaq dan u hekk iżżomm madwarek stabbli. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 19

L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Aquarius

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku għalik ser ikun ta’ pjanijiet li għandek imħejjija iżda li jaf jinbidlu xi ftit minħabba l-għaġġla min-naħa tiegħek. Dan jaf jagħtik ftit aktar spazju sabiex int tkun tista’ tippjana aħjar sabiex kollox iseħħ kif tixtieq. Żomm kawt u kalm sabiex tagħraf aktar dak li ġej b’attenzjoni. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: isfar u vjola

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 18 u 20

L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Aries

 Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku se joffrilek stedina u għalkemm int se tipprova tevita li tmur, tagħmilx hekk għax minn din l-istedina se toħroġ xi ħaġa pożittiva li sfortunatament bġalissa m’intix għaddejja minn żmien tant faċli għalhekk agħraf dejjem aktar lilek innifsek mhux bil-kontra ħalli timxi ’l quddiem u jibda riesaq lejk mument feliċi. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: roża u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 18 u 19   

L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Gemini

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ser iwassal lil xi persuna  biex tisfrattalek xi pjan li ilek sabiex twettaq. Tagħtix kas dan. Emmen fik innifsek u emmen li dak li ser tagħmel huwa għat-tajjeb tiegħek u ibqa’ miexi. Xi kultant fil-ħajja ta’ madwarna nsibu dawn l-ostakli li jtellfuna minn avvanzi li jkunu jistgħu jseħħu madwarna. Dan int tippermettihx. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 16 u 19

L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Virgo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook