X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-oroskopju mill-Ħadd 10 ta’ Marzu sas-Sibt 16 ta’ Marzu

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ Aquarius bħalissa għaddej minn mument ta’ responsabbiltà ta’ dak li int trid tagħraf. Responsabbiltà mogħtija lilek sabiex tkattar aktar il-madwar tiegħek, kemm fil-karriera li biddlet u kemm issa kif int ser tmexxi dan. Għalhekk issa għandek tirrifletti iżjed fil-profond. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: oranġjo u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 12, 14 u 16

L-istilla l-aktar li ser tħoss ta’ kumpanija ġejja minn Gemini

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ Pisces ser jagħmlek tagħraf li persuna viċin tiegħek u li tafda ħafna u li taf sew ħajtek, barra fil-kumpanija ta’ xulxin qiskom xi koppja. Ħa tinduna li minħabba tibdil fil-karriera tiegħek int se tagħraf li bdiet dieħla l-għira, dan ser jagħmlek tagħra il-verità issa.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 12, 15 u 16

L-istilla l-aktar li ser tħoss ta’ kumpanija ġejja minn Capricorn

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku ta’ Aries ser jagħmlek taf tagħraf x’taqsam u x’ma taqsamx ma’ dawk ta’ madwarek speċjalment minn dak li esperjenzajt ftit tal-ġimgħat ilu. Din issa għandha sservik ta’ linja gwida ta’ fejn int għandek tasal f’dak li trid taqsam u ma’ min tagħmel dan. Għalhekk agħraf. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u griż

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 11, 14 u 15

L-istilla l-aktar li ser tħoss ta’ kumpanija ġejja minn Leo

 Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ Taurus ser jagħmlek bħal qisek qiegħed tħoss mument diffikultuż fil-ħajja romantika tiegħek, però mhu allarmanti għax dan huwa dovut miċ-ċaqliq żodijaku u ovvjament kull ċaqliq jaf ikun pożittiv jew jaf ikun negattiv fi żmien tliet ġimgħat dan ikun għadda imma int trid tagħraf aktar. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: kannella u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 12, 14 u 16

L-istilla l-aktar li ser tħoss ta’ kumpanija ġejja minn Scorpio

 Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ Gemini ser iħoss pressjoni qawwija riesqa però għalkemm riesqa din il-pressjoni din mhijiex xi ħaġa ġdida għalik, issa għandek aktar kunfidenza fik innifsek  u madwarek żgur li għandek ambizzjoni kbira sabiex wara dan tistenna r-riżultat mixtieq. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 15 u 16

L-istilla l-aktar li ser tħoss ta’ kumpanija ġejja minn Libra

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku ta’ Cancer ser jagħraf valutazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin. Din il-valutazzjoni ser tkun dwar kemm hi vijabbli li tibqa’ fir-relazzjoni. Jaf ikun riesaq dak il-mument bħal dik il-bużżieqa li tonfoħ u tonfoħ u fl-aħħar tinfaqa’. Fittex ftit ħin ta’ rilassament f’xi mixja. Hemm bżonn spazju ta’ riflessjoni.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: oranġjo u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  10, 12, 13 u 15

L-istilla l-aktar li ser tħoss ta’ kumpanija ġejja minn Pisces

 Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ Leo ser jagħmlek tagħraf taqtigħa ħarxa li għaddejt minnha. Issa huwa żgur dak il-waqt li tirrifletti aktar lejn il-karriera tiegħek li minħabba din il-fażi li kellek tgħaddi minnha ovvjament abbandunajt il-madwar. Però taqtax qalbek għax fi żmien qasir terġa’ tirranka basta tagħraf tkun int. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 12, 13 u 16

L-istilla l-aktar li ser tħoss ta’ kumpanija ġejja minn Taurus

Leo huma magħrufin bħala persuni umli

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku ta’ Virgo se jagħmlek tagħraf li int kapaċi tkun ta’ gwida għal dawk ta’ madwarek. Dan it-talent li għandek trid tagħraf twasslu b’aktar attenzjoni meta issa tidħol f’taqbida ta’ gwida f’tilwima ta’ mħabba u din taf tingħoġob minn parti iżda mill-parti l-oħra taf tkun problematika għalik għalhekk żomm bilanċ. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: griż u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 12, 14 u 15

L-istilla l-aktar li ser tħoss ta’ kumpanija ġejja minn Sagittarius

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ Libra ser jagħmlek responsabbilità mhux biss għandha tkun fuq paroli imma minn issa lil hemm trid tagħraf tagħmilha aktar fattibbli u dan ġej għax il-ħajja ta’ madwarek issa ser tieħu xejra oħra u dan se jagħmlek tagħraf iżjed. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 13, 15 u 16

L-istilla l-aktar li ser tħoss ta’ kumpanija ġejja minn Aries

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ Scorpio għandu jurik aktar mumenti pożittivi però trid tagħraf ma tkunx imblukkata minn dak li riesaq lejk sabiex dak it-tkattir li riesaq lejk ikun ta’ tkabbir għalhekk agħraf agħmel xi forma ta’ protezzjoni ħalli dan ma jitħarbatx biex b’hekk int tkompli tavvanza bla tħarbit. Agħraf dan. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: isfar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 13, 14 u 16

L-istilla l-aktar li ser tħoss ta’ kumpanija ġejja minn Virgo

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius ser jikkumplika aktar meta terġa’ tħares lejn l-imħabba tal-passat. Dan għax skont int din għalik kienet persuna fundamentali. Però int trid tagħraf eżatt xi trid.  Tiftaħx ġerħa mill-passat li mbagħad ma tkunx tiflaħ għaliha. Ħares ’il quddiem għal dak li jista’ jkun futur aktar konkret. Agħraf dan. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 12, 13 u 15

L-istilla l-aktar li ser tħoss ta’ kumpanija ġejja minn Aquarius

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ Capricorn għandu pjan pożittiv għalik fil-karriera. Dan ser joffrilek aktar sodisfazzjoni fil-kapaċitajiet tiegħek. Int se tħoss li kollox ikun hemm għal raġuni, raġuni li se tagħmlek aktar kuntent. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 13, 15 u 16  

L-istilla l-aktar li ser tħoss ta’ kumpanija ġejja minn Cancer

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment