Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

'M'iniex interessat li mmur għall-Eurovision'

Owen Leuellen jgħid li għandu pjanijiet oħra għall-futur tiegħu u dan wara li bdiet tinxtered poll biex jitla' ma' Michela għall-Eurovision

Yendrick Cioffi / 28 ta' Jannar 2019 17:48
Owen Leuellen, ir-rapper li kkwalifika fit-tieni post tal-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta kiteb fuq Facebook li ma għandu l-ebda intenzjoni li jmur għall-Eurovision.

Leuellen għamel referenza għal polls li ġew ippubblikati fl-aħħar sigħat bil-għan li Leuellen, li għal ħafna offra stil differenti minn dak li mdorrija bih fil-Eurovision, imur Tel Aviv mar-rebbieħa Michela Pace.

Madanakollu, ir-rapper żagħżugħ saħaq li hu għandu pjanijiet oħra għall-karriera tiegħu.

Huwa feraħ u faħħar lil Michela Pace għat-talent tagħha u anke rringrazzja lil dawk kollha li emmnu fih u vvutawlu.

“Jien kuntent immens bir-riżultat u kburi li bdejt mix-xejn u spiċċajt fit-tieni post,” kiteb Leuellen. “Jiena qed inħares lejn direzzjoni oħra li assolutament mhijiex il-Eurovision."

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook