Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-oroskopju mill-Ħadd 27 ta’ Jannar sas-Sibt 2 ta’ Frar

Paul Jon / 28 ta' Jannar 2019 11:13
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Jibda ż-żodijaku taħt Aquarius u dan ser iwassallek suġġeriment li jġiegħlek taħseb li wasal żmien li tibdel l-istil ta’ madwarek, ipprova twebbisx rasek għax din il-bidla hija bżonjuża għal dak li hemm ġej għalik fil-ġimgħat u hekk u int tagħraf lilek innifsek aktar, Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 30 u 1

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Jibda ż-żodijaku taħt Aquarius u dan ser  jagħmlek aktar persuna matura u ddixxiplinata. Din hi fażi fejn se tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha se tlaqqgħek ma’ persuni ġodda bi probbilità wkoll ta’ pjanijiet ġodda, biss trid tagħraf li tkun imħejji sew u tkun aktar int. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 31 u 2

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Virgo

 Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Jibda ż-żodijaku taħt Aquarius u dan ser inqanqallek ħsibijiet forma aktar aggressiva imma l-parir hu biex kemm tista’ żżomm kawt. Prova issa tgħallem minn din l-esperjenza ħalli ma terġax tirrepeti minn xi passi li taf tagħmel, agħraf irrifletti. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u griż

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 31, 1 u 2

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Scorpio

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom.  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Jibda ż-żodijaku taħt Aquarius u dan ser  iġiegħlek tħoss il-pożizzjoni finanzjarja ta’ madwarek sejra xi ftit lura u dan ser joħloq ċertu pressjoni madwarek. Imma jekk int min issa tagħraf tagħmel forma ta’ pjan ta’ kontroll fl-amministrazzjoni tal-finanzi tiegħek dan ikun ta’ gwadann għal ġimgħat u xhur li ġejjin. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: kannella u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 31 u 1

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn

 Taurus huma magħrufin għall-istabbilità  tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Jibda ż-żodijaku taħt Aquarius u dan ser iġiegħlek tħossok stressanti imma pprova bbilanċja madwarek. Huwa importanti li issa toħroġ b’aktar determinazzjoni possibbli sabiex b’hekk int se jirneccilek twettaq ħafna mill-proġetti li hemm madwarek u hekk tagħraf is-sodisfazzjoni.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 31 u 1

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Aquarius

 Gemini huma magħrufin bħala nies motivati ħafna.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Jibda ż-żodijaku taħt Aquarius u dan ser jagħmlek iddur dawra sew madwarek, issa li ser tagħmel dan trid tagħraf aktar tosserva u tanalizza dak kollu li jkun hu għaddej u b’hekk int tkun tista’ tieħu direzzjoni aktar addatta għal din il-bidla li ser twettaq.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: oranġjo u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  27, 29, 30 u 31

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Sagittarius

Cancer huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Jibda ż-żodijaku taħt Aquarius u dan ser jgħallmek tanalizza li kollox għandu ż-żmien tiegħu imma int ser tagħraf timxi aktar b’moħħok però li tieħu forma ta’ parir bħala mezz ta’ gwida huwa utli ħalli b’hekk tagħraf aktar il-linja tiegħek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar u isfar.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 31 u 2

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Taurus

 Leo huma magħrufin bħala persuni umli.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Jibda ż-żodijaku taħt Aquarius u dan ser ikun ifisser aktar impenn u responsabbilità madwarek. Hekk int se tagħraf turi kemm int vera responsabbli, iżda issa int trid ittejjeb dak li hemm madwarek bl-għan li toħroġ ftit minn qoxortok u tagħraf aktar il-potenzjal tiegħek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn:  blu u roża

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 31 u 1

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Pisces

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Jibda ż-żodijaku taħt Aquarius u dan ser ikun ifisser aktar impenn u spinta fil-karriera biex b’dan issa tagħraf tkabbar aktar dak li hemm madwarek. Iżda dan trid tagħraf tagħmlu b’mod aktar ta’ galbu u t’għaqal. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 31 u 2

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Leo

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Jibda ż-żodijaku taħt Aquarius u dan ser ikabbar l-impenn ta’ preparazzjoni f’dak li int għandek riesaq lejk sabiex b’hekk int tkun imħejji ferm aktar u b’dan il-mod tagħraf aktar liema hi l-aħjar opportunità għalik. Għalhekk agħraf sew. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29,31 u 1

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Aries

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat  tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Jibda ż-żodijaku taħt Aquarius u dan ser  ikun ifisser impenn akbar fir-relazzjoni tiegħek. Fejn għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazzjoni iebsa, iżda dan ser jagħmlek tagħraf aktar verament eżatt xi trid. Tibżax minn pass li hemm bżonn jittieħed. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 31 u 31

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Libra

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Jibda ż-żodijaku taħt Aquarius u dan ser  ikun ifisser aktar impenn  biex hekk tagħraf tibda tippreżenta ruħek b’aktar maturità lejn dak li issa  se jibda riesaq lejk. Tibżax minn direzzjonijiet ġodda għax dawn huma l-futur ta; dak li int tant ilek tistenna. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 28, 31 u 2

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Gemini

 Capricorn huma magħrufin għall-ideat pożittivi li jafu joffru

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook