L-ewwel oroskopju għall-2019: Mill-Ħadd 6 ta’ Jannar sas-Sibt 12 ta’ Jannar

Kif se tibda s-sena għalik? Ara l-oroskopju miġbur għalik minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku fl-ewwel new moon tas-sena għall-istilla ta’ Aquarius ser tagħraf fih kemm l-imħabba ta’ madwarna mhix garantita għal dejjem u ma trid tassumi xejn għax ikun żball. Għalhekk dan in-New Moon se jerġa’ jagħtik ċans sabiex timmotiva l-fjamma tal-imħabba. Agħraf. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: oranġjo u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 8, 10 u 11

L-istilla li se tkun aspirazzjoni għalik ġejja minn  Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ persuni emozzjonali

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku fl-ewwel new moon tas-sena għall-istilla ta’ Pisces ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar eżattament fejn trid tasal minn diversi aspetti. Però l-aktar aspett importanti huwa sa fejn int se tiftaħ lilek innifsek fl-involviment tal-madwar u kemm tagħraf ħilietek, Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 11 u 12

L-istilla li se tkun aspirazzjoni għalik ġejja minn Cancer

Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom infushom

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku fl-ewwel new moon tas-sena għall-istilla ta’ Aries ser ikun żmien opportun sabiex trattab lilek innifsek u ovvjament ta’ kif iġġib lilek innifsek. Dan huwa perjodu sabiex int tagħraf tkun aktar sensittiv ovvjament skont is-sitwazzjoni li tkun fiha. Agħraf dan il-mument. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 8, 10 u 11

L-istilla li se tkun aspirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku fl-ewwel new moon tas-sena għall-istilla ta’ Taurus ser ikun żmien tajjeb ta’ pjan ta’ kif ittejjeb il-karriera tiegħek. Dan sabiex int tkun tista’ tqassam u tippjana aħjar. Xi kultant irid ikun hemm għarfien ta’ dak li int l-aktar għandek għal qalbek u li hu ta’ importanza għal dak li hemm madwarek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: oranġjo u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 10 u 12

L-istilla li se tkun aspirazzjoni għalik ġejja minn Pisces

 Taurus huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku fl-ewwel new moon tas-sena għall-istilla ta’ Gemini ser ikun mument ta’ riflessjoni bejn il-passat u l-preżent. Il-karriera għall-Gemini hi suġġett importanti u mpoġġi fuq nett tal-aħenda tagħhom, għalhekk issa se tagħmel evalwazzjoni sabiex tkompli tissaħħaħ fix-xhur li ġejjin. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 9, 10 u 12

L-istilla li se tkun aspirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku fl-ewwel new moon tas-sena għall-istilla ta’ Cancer ser ikun il-mument ta’ kuraġġ f’dak li verament tixtieq twettaq. Dan jista’ jkun mument xi ftit ikkumplikat għalik imma żgur li jekk tagħraf dan tajjeb jaf ikun żmien importanti f’dak li għandek riesaq lejk.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  6, 7, 9 u 11

L-istilla li se tkun aspirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku fl-ewwel new moon tas-sena għall-istilla ta’ Leo ser ikun mument ta’ opportunità ta’ stabbiità. Dan ser ipoġġik f’aktar għaqda minn dak li kont u ovvjament kif dejjem xtaqt li int tkun f’pożizzjoni soda aktar minn qatt qabel għall-investiment li riesaq lejk.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 9, 10 u 12

L-istilla li se tkun aspirazzjoni għalik ġejja minn Aries 

Leo huma magħrufin bħala persuni umli

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku fl-ewwel new moon tas-sena għall-istilla ta’ Virgo ser ikun żmien ta’ indikazzjoni ta’ kif għandek tadatta aħjar. Trid tagħraf aktar kemm hi importanti l-imħabba li għandek. Kemm hi wkoll ta’ valur u għalhekk għandek tagħraf dan il-mument. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn:  kannella u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 10 u 11  

L-istilla li se tkun aspirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku fl-ewwel new moon tas-sena għall-istilla ta’ Libra ser ikun żmien ta’ indikazzjoni ta’ kif għandek tibni aktar lilek innifsek  viċin dawk li joffrulek rispett. Trid tagħraf tagħti aktar spazju għal dawn l-għeżież ta’ madwarek sabiex tkun aktar magħqud għalhekk aħseb sew jekk trid tagħraf. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 7, 9 u 10

L-istilla li se tkun aspirazzjoni għalik ġejja minn Taurus

Libra huma magħrufin bħala nies attivi ħafna

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku fl-ewwel new moon tas-sena għall-istilla ta’ Scorpio ser ikun dak il-mument fejn f’nuqqas ta’ motivazzjoni ser joffrulek spazju sabiex tkabbar l-għaqda tant meħtieġa li int għandek fin-nuqqas jerġa’ jibda jikber u jissaħħaħ.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 11 u 12

L-istilla li se tkun aspirazzjoni għalik ġejja minn Gemini

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza  tagħhom.                                                         

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku fl-ewwel new moon tas-sena għall-istilla ta’ Sagittarius ser ikun dak il-mument fejn ser ipoġġik fil-ħsieb pożittiv sabiex tqawwi lilek innifsek għal dak li int illum għandek madwarek u ma terġax tirrepeti dak li ġara fil-passat u hekk tkompli tħares lejn żmien aħjar. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 9, 10 u 12

L-istilla li se tkun aspirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn

 Sagittarius huma magħrufin għall-organizzazzjoni tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku fl-ewwel new moon tas-sena għall-istilla ta’ Capricorn ser ikun ftit ta’ taqbida bejn dak li sarraft għal dak li għandek illum.        Issa trid tagħmel il-pożizzjoni tiegħek waħda aktar soda. Dan ser ikun il-mument opportun sabiex ċertu taqbid tevitah u ma tħallihx ifxklek aktar. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: vjola u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 7, 9 u 11

L-istilla li se tkun aspirazzjoni għalik ġejja minn virgo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment