X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-oroskopju mill-Ħadd 30 ta’ Settembru sas-Sibt 6 ta’ Ottubru

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Aquarius ser jgħinek tagħraf aktar il-ħtiġijiet tiegħek għalkemm f’dan il-mument dan il-kliem jaf ikun ftit iebes però int trid issib aktar x’inhu l-bżonn vera għalik. Agħraf dan il-mument sabiex tkabbar aktar lilek innifsek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 2, 5 u 6

L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Leo

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Pisces ser jgħinek tagħraf li għalkemm il-ħajja taf tkun xi ftit iebsa madwarek, int xorta għandek kapaċitajiet tajbin biżżejjed biex dan iż-żmien tegħlbu dejjem jekk tagħraf kif għandek timxi, aktar u aktar jekk tagħraf timxi b’moħħok u mhux b’qalbek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 4 u 5

L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Capricorn

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Aries ser jgħinek tagħraf tkabbar aktar il-fiduċja tiegħek, kemm ta’ madwarek u aktar jekk int għandek partner li bħalissa m’intix qed tafda wisq. Iċ-ċaqliq li għaddej bħalissa skont int mhux normali, agħraf dejjem qabel ċertu deċiżjonijiet.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 1, 3 u 6

L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minnVirgo

 Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Taurus ser jgħinek tippjana u qis li tibqa’ għaddej bil-pjanijiet tiegħek. Tħalli lil ħadd u xejn milli jisfrattak minn din il-vaganza għax din ħa tkun ta’ ftit spazju u żvog għall-ħajja tant ikkumplikata u mimlija tiegħek. Wara dan ħajet se tieħu żvolta differenti. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 4 u 5

L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Cancer

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Gemini ser jgħinek tiffoka aktar fuq il-pjanijiet li għandek imfassla ġa jinħass it-toqol tagħhom u għalkemm qed tipprova tqassam il-ħin tal-jum f’bilanċ assolut xorta qiegħed jindika li m’intix tlaħħaq. Agħraf sew il-prospetti li resqin lejk. Tgħaġġilx imma kun kawt kemm tista’. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 4 u 5

L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Libra

 Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Cancer ser jgħinek tagħraf il-vera soluzzjoni li xtaqt jew ħsibt. F’dawn il-ġimgħat li ġejjin int ħa tagħraf xi żball għamilt u anke jista’ jkun li tagħraf li għaġġilt xi ftit imma din issa tista’ tkun tagħlima għalik biex fil-futur. Persuna mill-passat hi ta’ prospettiva għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  30, 1, 3 u 6  

L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Aquarius

 Cancer huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Leo se jgħinek tagħraf sabiex ma tinqabadx fuq sieq waħda u dan jaf iwassal għal sitwazzjoni xi ftit delikata. Għalhekk kemm tista’ kun dejjem iffokat fuq dak kollu li għaddej madwarek. Sorpriża taf tfixkel il-pjanijiet kollha li kellek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 5 u 6

L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Scorpio

 Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Virgo ser jgħinek tagħrif li bħalissa mhix fażi li tista’ ssejħilha pożittiva. Ovjament għal raġunijiet varji dan int m’intix tagħrfu. Jista’ jkun il-pass biex jiftaħlek triq ħalli tkun tista’ tagħraf . Biddel din it-triq li forsi bħalissa mhix meħtieġa. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 1, 3 u 5

L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Pisces

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Libra ser jgħinek tagħraf aktar dwar ħajtek għal hekk agħraf li din il-ħajja sakemm tista’ u kif tista’ tagħmilha għalik waħda bbilanċjata milli kif qiegħda bħalissa daqsxejn żbilanċjat. Parir li qed tfittex jaf ikun sinjal ta’ direzzjoni agħraf sew dan. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 5 u 6

L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Taurus

Libra huma magħrufin bħala nies attivi ħafna.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Scorpio ser jgħinek tagħraf li dak li int ġarrabt fil-passat ma tistax tibqa’ tkaxkru għall-kumplament ta’ ħajtek. Agħraf dak li int tgħallimt minnu u issa wasal iż-żmien li int tibda tħares ’il quddiem. Imma trid temmen aktar fik innifsek sabiex vera tasal. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 2, 3 u 5

L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Aries

 Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Sagittarius ser jgħinek tagħraf sabiex tibda tħares minn lenti pożittiva u ibda kkumbatti bil-mod ikkumbatti dak li qiegħed ikun ta’ problema għalik, int għandek tagħraf il-potenzjal. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 3 u 5

L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Gemini

Cancer Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Capricorn ser jgħinek tinnota li fir-relazzjoni tiegħek mhux bilfors tista’ tkun dak li int qed iddaħħal f’moħħok. Agħraf ftit dak kollu li huwa għaddej madwarkom u hemm tista’ tibda tħoll ftit minn dak it-taħbil li għaddej fik. Xi kultant moħħna jiġri wisq. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 19, 21 u 22  

L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Sagittarius

Capricorn huma magħrufin għall-gwida diretta li joffru.

More in Divertiment