X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-oroskopju mill-Ħadd 16 ta’ Settembru sas-Sibt 22 ta’ Settembru.

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Aquarius ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar dak li hemm għaddej madwarek fil-preżent, għalkemm forsi tħossok xi ftit konfuż u ma tafx eżatt x’taqbad tagħmel trid tibqa’ kawt u taħseb fil-fond  fuq dak kollu li qiegħed idur madwarek. Bil-galbu trid tagħraf tieħu l-aħjar deċiżjonijiet. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 18, 20 u 21

L-istilla se tkun ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Pisces ser ikun mument ta’ aktar ħsibijiet profondi fuq dak l qed tspira li ġej fiż-żmien li ġej. Qiegħed tagħraf li ser ikun hemm żviluppi fil-karriera tiegħek u dan ser jaffettwa ċ-ċirku kollu li għandek madwarek u żgur li trid żżomm kollox fuq keffa waħda. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 19, 21 u 22

L-istilla se tkun ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Aries ser ikun mument ta’ ftit tensjoni minħabba dak li għaddej madwarek bħalissa. Bla ma trid qed tinqabad ftit taħt pressjoni u bħal qisek m’intx qed tħossok f’postok għal kollox. Però tajjeb tkun taf li din il-fażi ser tkun għal ftit ġimgħat u tgħaddi però ma tridx tkabbar dak li jkun għaddej madwarek.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 18, 19 u 21

L-istilla se tkun ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Sagittarius

 Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Taurus ser ikun mument ta’ ftit kalmizza f’dak li int tkun trid twettaq, fejn soltu tkun ftit agressiv sabiex twettaq dak li jkun ġej issa se tħoss ċertu kalma li għall-ewwel taf tħassbek xi ftit. Tinkwieta xejn għax dan mhux tort tiegħek; hija biss fażi li tgħaddi. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 18, 20 u 21

L-istilla se tkun ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Capricorn

 Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Gemini ser ikun mument ta’ ftit aktar pressjoni. Dan ser jiġri minħabba ħafna pjanijiet li għandek u li trid twttaq. Dan ser jiġri minħabba l-ħafna pjanijiet li għandek u li trid twettaq. Dan ovvjament se joħloq pressjoni madwarek li taf ukoll tkun xi ftit bla kontroll imma dan ovvjament mhux ser jiġri u għalkemm il-pressjoni tibda tikber int se taħgraf issib kontroll tagħha. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 19 u 21

L-istilla se tkun ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Virgo

 Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Cancer ser ikun mument ta; eċitament minħabba dak li int tixtieq tara jkun lest madwarek imma minħabba ċertu sitwazzjonijiet li xi kultant ħadd ma jkollu kontroll fuqhom dan jaf jikkawża eċitament. Dan mhux ser ikun fit-tul għax f’dawn il-ħmistax se tagħraf aktar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  17, 19, 20 u 22  

L-istilla se tkun ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Pisces

 Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Leo se jkun mument ta’ aktar enerġija u dan sabiex int ma taqax lura minn dak li hemm ġej għalik fil-mument qarib. Għalhekk sabiex tkun imħejji aktar ser tinbena enerġija madwarek sabiex grazzi għal dan tkun kapaċi tlaħħaq mas-sitwazzjonijiet kollha li hemm madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 18, 20 u 21

L-istilla se tkun ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Aries

 Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Virgo ser ikun mument ta’ aktar tħejjija dwar dak li int qed tippjana. Però din it-tħejjija taf tkun xi ftit aktar delikata mis-soltu fejn se tara li tkun imħejji aktar mingħajr ma tħalli xejn barra. Ovjament fejn is-soltu ma tkunx iffokat dwar dan, din id-darba se tara li se tkun involut sal-anqas dettall. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 19, 20 u 22

L-istilla se tkun ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Libra ser ikun mument ta’ aktar ħsieb dwar il-bilanċ li għandu jkollok f’dak li għaddej madwarek. Għalkem int tagħmel dak kollu possibbli sabiex tagħraf il-bilanċ dan l-aħħar xi ħadd ġibidlek l-attenzjoni li trid tkun aktar ibbilanċjat. Agħraf dan il-parir. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 18, 20 u 21

L-istilla se tkun ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin bħala nies attivi ħafna.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Scorpio ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar saħħtek. Dan huwa żmien fejn int se tħoss li għandek iddur ftit aktar miegħek innifsek speċjalment saħħtek. Mil-lat fiżiku trid tibda ssib ħin għalik u ssaħħaħ lilek innifsek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 19, 21 u 22

L-istilla se tkun ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Leo

 Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Sagittarius ser ikun mument ta’ tkattir fl-imħabba li għandek madwarek. Dan il-mument se jgħinek tagħraf x’nuqqasijiet hemm u bil-mod se tibda tħoss li għandek tibda tirranġa u hekk dan ser isarraf biex tagħraf kemm l-imħabba ta’ madwarek tista’ tkun aħjar minn dak li llum hi. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 19 u 22  

L-istilla se tkun ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Cancer Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Capricorn ser ikun mument ta’ tibdil rigward il-mod kif se tibda tagħraf aktar min minn dawk ta’ madwarek huma nies ġenwini u dawk li mhumiex. Dan se tagħmlu wara li għaraft li wasal il-mument opportun biex issa aktar minn qatt qabel tagħmel analiżi profonda ta’ dawk li huma verament ħbieb. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 19, 21 u 22  

L-istilla se tkun ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Cancer

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment