Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

X'qed tgħid l-istilla tiegek?

L-oroskopju mwassal fil-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Virgo

Paul Jon / 27 t'Awwissu 2018 10:33
Issa li ż-żodijaku qiegħed fil-fażi tal-qamar kwinta, l-effett tiegħu fuq Aquarius ser ikun ta’ aktar responsabbilità madwarek kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-karriera tiegħek wisq aktar jekk għandek relazzjoni. Din ir-responsabbilità trid tkun li tagħraf il-valur ta’ dawn is-sitwazzjonijiet li huma vijabbli f’ħajtek. Għalhekk agħraf kun ippreparata sew għal dan.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 1  

L-istilla li f’dan il-mument ser toffrilek ispirazzjoni ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Issa li ż-żodijaku qiegħed fil-fażi tal-qamar kwinta, l-effett tiegħu fuq Pisces ser ikun ta’ aktar għarfien tal-potenzjal li għandek u dan sabiex issarrfu aktar fit-tkabbir f’opportunitajiet li resqin lejk. Għalkemm taħseb li l-pożizzjoni tiegħek hija waħda stabbilità però ma jfissirx li għandha tibqa’ dik li hi. Huwa għalhekk li għandek tagħraf dak li jista’ jkun opportunità ġdida għalik. Irrifletti. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 30 u 1

L-istilla li f’dan il-mument ser toffrilek ispirazzjoni ġejja minn Virgo

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Issa li ż-żodijaku qiegħed fil-fażi tal-qamar kwinta, l-effett tiegħu fuq  Aries ser ikun ta’ aktar kalmizza minn dak il-ġenn ta’ paniku li dan l-aħħar kien qiegħed ikollok. Issa ser tħossok kalm kemm bħala persuna u kemm f’dak li qed tagħmel. Dan ser iservik biex minn issa sa kemm tgħaddi din il-fażi tagħraf aktar il-valur kollu ta’ dak li għandek madwarek biex dan isaħħek aktar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 30 u 31

L-istilla li f’dan il-mument ser toffrilek ispirazzjoni ġejja minn Scorpio

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Issa li ż-żodijaku qiegħed fil-fażi tal-qamar kwinta, l-effett tiegħu fuq  Taurus ser ikun wieħed ta’ ftit aktar trankwillità li din tista’ ssarafha billi toħloq iktar ħin għalik, għal xi passiġġata, jew tibda tmur sal-gym jew tirrilassa b’dak li tħobb tagħmel. Agħraf dan il-mument u fih ser tagħraf x’kont qed titlef. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 1

L-istilla li f’dan il-mument ser toffrilek ispirazzjoni ġejja minn Leo

Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Issa li ż-żodijaku qiegħed fil-fażi tal-qamar kwinta, l-effett tiegħu fuq Gemini ser ikun wieħed ta’ sfida għal dak li ġej. Sfida għal proġetti li hemm imfassla għalik. Sfida fl-imħabba, kollox ma’ kollox dak li ser tiffaċċja f’ħajtek ser ikun taħt forma ta’ sfida personali li akkost ta’ kollox int tasal fejn finalment tixtieq. Issa huwa dak il-mument ta’ tkabbir komplut.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 21 u 1

L-istilla li f’dan il-mument ser toffrilek ispirazzjoni ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Issa li ż-żodijaku qiegħed fil-fażi tal-qamar kwinta, l-effett tiegħu fuq Cancer ser ikun wie]ed ta’ tqassim u ppjanar f’dak li ġej madwarek. Dan sabiex dak li riesaq lejk ikun imqassam b’mod li jkun effettiv u mingħajr ma jkun hemm xi forma ta’ problemi minħabba dak li jista’ joħroġ. Għalhekk huwa ferm importanti li issa int tagħraf aktar tqassam sabiex dak li ġej ikun aktar ibbilanċjat għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 27, 29 u 31

L-istilla li f’dan il-mument ser toffrilek ispirazzjoni ġejja minn  Sagittarius

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Issa li ż-żodijaku qiegħed fil-fażi tal-qamar kwinta, l-effett tiegħu fuq  Leo ser ikun wieħd ta’ aktar ħeġġa li dan l-aħħar kien hemm in-nuqqas tagħha. Għalhekk li din il-fażi issa reġa’ ġejja l-ħeġġa li ser tħoss ser tħalli gwadann fuqek. Dan ikun ta’ importanza speċjalment wara l-pawsa li ħadt. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 30 u 1

L-istilla li f’dan il-mument ser toffrilek ispirazzjoni ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Issa li ż-żodijaku qiegħed fil-fażi tal-qamar kwinta, l-effett tiegħu fuq Virgo ser ikun ta’ aktar ħsibijiet dwar dak kollu li jista’ jibda jinbidel jew jitranġa fil-ħajja personali ta’ Virgo. Dan huwa mument fejn Virgo ser jgħaddi minn ħafna ħsibijiet ta’ kif jista’ jkun hemm ċerta bidla kemm fil-ħajja tax-xogħol u kemm fir-relazzjoni. Agħraf biss li din hi fażi għalhekk żomm kawt.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 30 u 1

L-istilla li f’dan il-mument ser toffrilek ispirazzjoni ġejja minn Pisces

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Issa li ż-żodijaku qiegħed fil-fażi tal-qamar kwinta, l-effett tiegħu fuq Libra ser ikun wieħed ta’ bidla, bidla fil-mod kif kont qed taħseb dwar ċertu sitwazzjonijiet personali, bidla dwar kif se tippjana aħjar il-karriera tiegħek, u anke bidla fid-dieta. Għall-ewwel se tkun xi ftit xettiku dwar dan kollu imma meta int se tara xi jkun għaddej madwarek ser tagħraf. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 30 u 31

L-istilla li f’dan il-mument ser toffrilek ispirazzjoni ġejja minn

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Issa li ż-żodijaku qiegħed fil-fażi tal-qamar kwinta, l-effett tiegħu fuq Scorpio ser ikun wieħed ta’ konċentrazzjoni dwar dak li huwa utli f’ħajtek. Dan jaf jikkawża li tagħmel ċertu tibdil anke fil-mod ta’ kif iġġib ruħek kemm mal-kollegi, mal-ħbieb u anke fir-relazzjoni ta’ mħabba. Agħraf li tkun moderat f’din il-bidla. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 30 u 1

L-istilla li f’dan il-mument ser toffrilek ispirazzjoni ġejja minn Cancer

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Issa li ż-żodijaku qiegħed fil-fażi tal-qamar kwinta, l-effett tiegħu fuq Sagittarius ser ikun xi ftit ta’ inċertezza dwar dak li hemm dubjuż f’ħajtek. Trid tagħraf mill-aktar fis tkun aktar stabbli f’kull parti ta’ ħajtek għax inkella din ser iżżid mal-inċertezza u dan jaf ikun ta’ diffikultà għaż-żmien li ġej. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 30 u 31

L-istilla li f’dan il-mument ser toffrilek ispirazzjoni ġejja minn Capricorn

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Issa li ż-żodijaku qiegħed fil-fażi tal-qamar kwinta, l-effett tiegħu fuq Capricorn ser ikun wieħed ta’ kalmizza aktar mis-soltu. Ovjament Capricorn huma magħrufin kemm huma persuni xi ftit aggressivi f’diversi aspetti tal-ħajja imma din il-fażi se toħloq fik ċertu kalma li permezz tagħha se tagħraf ikollok ċertu kontroll tiegħek innifsek anke dwar dak li trid twettaq. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 31 u 1   

L-istilla li f’dan il-mument ser toffrilek ispirazzjoni ġejja minn Taurus

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook