Filmat | Carmen tinfaqa' kontra Emma

Carmen tgħid lil Emma biex dak li għandha xi tgħid fuqha tgħidu quddiem il-kameras u mhux bil-moħbi

Carmen, waħda mill-parteċipanti tal-programm Taljan Amici, infaqgħet kontra l-kantanta Maltija Emma Muscat.

Din mhux l-ewwel darba li l-kantanta Carmen infaqgħet tgħid kontra Emma u lanqas mhi l-ewwel darba li d-diriġenti tal-programm u l-għalliema ġibdulha l-attenzjoni minħabba f'hekk.

Filwaqt li ammettiet li Emma Muscat hija brava, perfetta u anke tfajla sabiħa, saħqet li hemm affarijiet dwar Emma li ma tantx jinżlulha.

Kien hawn li qalet li bl-istess mod, anke Emma għandha affarijiet li ma tantx tniżżel f'Carmen iżda kompliet tisħaq li ma tasalx tgħidhom quddiem il-kamera.

Carmen saħansitra tgħid li kien hemm darba partikolari meta Emma stess qaltilha xi ħaġa, għalkemm baqgħet ma qalitx x'qaltilha l-kantanta Maltija.

"Ma għandhiex il-kuraġġ li tgħid dak li taħseb fuqi fuq il-mikrofonu u quddiem il-kameras," saħqet Carmen. "Taf kemm għandha affarijiet li ma jogħġbuhiex fija?"

Temmet tappella lil Emma biex dak li għandha tgħid fuqha, tgħidu quddiem il-kamera u mhux bil-moħbi.

Intant, ilbieraħ, rappreżentant tal-kumpanija rinomata tad-diski Warner Music kellu laqgħa ma' Emma Muscat u qalilha li l-kumpanija lesta tilqaha meta tintemm il-kompetizzjoni.

Nhar il-Ħadd li għadda, Emma Muscat ġibdet kummenti pożittivi ta' artisti rinomati, fosthom Sophia Loren, b'mod partikolari wara li kantat mal-kantanta popolari Annalisa.

 

More in Divertiment