X'qed tgħid l-istilla tiegħek għal din il-ġimgħa?

L-Oroskopju li jiftaħ iż-żodijaku ta’ Gemini

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Aquarius ser ikun ifisser bidu ta’ ideat ġodda, ideat li jafu jkunu fundamentali f’dak li hemm ippreparat għalik sabiex tkompli fit-tkabbir ta’ dak li hemm madwarek. Tibżax tiżviluppa dan l-ideat anzi agħraf sabiex twettaqhom, agħraf b’hekk dan li ġej. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 23, 24 u 25

L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Leo

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Pisces ser ikun ifisser tisħiħ aktar profond f’dak li għaddej madwarek. It-tkabbir li hemm ġej ikun kollu dovut għal dak li ġewwa fik qiegħed taspira u xejn aktar. Għalhekk dan jista’ jkun ix-xahar tiegħek imma agħraf li ħsibijietek iżżommhom ġewwa fik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 23 u 26

L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Aries ser ikun ifisser ħafna enerġija favur tiegħek minn kwalunkwe angolu. Kollox ma’ kollox dan ifisser li int għandek perjodu ferm interessanti u fejn int vera se tagħraf dak kollu li trid u tixtieq. Dan verament jista’ jiġi lejk. Agħraf biss lilek innifsek u mhux dak li ħaddieħor jista’ jinfluwenzak bih.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 23, 24 u 26  

L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Taurus

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Taurus ser ikun ifisser ftit ta’ tibdil mill-iskeda li għandek ifformulata, dan ser ikun sabiex tagħraf ittejjeb aktar l-iskeda kollha mhux biss dik ta’ kif tippjana jew tqassam il-karriera tiegħek imma wkoll kif għandek issaħħaħ l-imħabba ta’ madwarek sabiex tkun komplut. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 26

L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għall-istess Gemini huwa ż-żodijaku bażiku tiegħek u dan għalik ser ikun ifisser li se tibda tara iżjed id-dawl ta’ dak li int tant trid. Trid tagħraf aktar il-ħiliet tiegħek. Bilmod dan it-tibdil ser ikun dak is-sinjal li tant ilek tistenna għalkemm mhux ser ikun sinjal komplut imma se tibda tagħraf aktar.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 23 u 25

L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Cancer

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Cancer ser ikun ifisser bidu ta’ ħolma li int ilek tant tistenna sabiex twettaq dak li dejjem xtaqt. Fl-aħħar mill-aħħar dan se tarah reali. Tara dak li dejjem ħsibt kien xi ftit iebes u sa fl-aħħar wasal iż-żmien fejn se tibda taħsad minn dak li żrajt. Għalik ser ikun ta’ ispirazzjoni u nifs ġdid f’dak li xtaqt.

Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24 u 25

L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Leo ser ikun ifisser bidu ta’ attività kompletament miftuħa fuq skala differenti minn dak li kont attwalment qed twettaq. Però issa għal din l-attività  jrid ikollok tħejjija tajba u pożittiva speċjalment rigward il-pjan li trid twettaq. Aktar ma ttejjeb il-ħsieb dwar il-pjanijiet tiegħek aktar issaħħaħ l-attività. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 21, 24 u 25

L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn

 Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Virgo se joffri l-impatt tiegħu u għal dawn il-ġranet li ġejjin kif int se tikkonfronta lil min jipprova bħal qisu jgħaddik minn għajn il-labra, issa trid toqgħod ferm attent għax dak li int se tħoss mhux se jkun bħas-soltu u taf tkun xi ftit aktar agressiv meta tiġi kontra l-kurrent. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 26

L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Pisces

 Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Libra ser iħalli l-impatt tiegħu fil-mod ta’ kif int se tibda tħejji l-ħsieb jiġġenera dwar ċertu deċiżjonijiet li fil-passat kont tkun trid xi forma tat-tieni opinjoni għalkemm fl-aħħar tkun int li tasal tagħmel deċiżjoni. Però issa għal dawn il-ġimgħat li ġejjin din is-sitwazzjoni mhix ser tibqa’ aktar fik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 21, 22 u 24  

L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin għat-tmexxija  tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Scorpio ser jurik kif għandek tieħu deċiżjoni tajba għal dak li riesaq lejk fiż-żmien qarib, li din id-deċiżjoni se tkun taf  li għandek ikollok impatt differenti fil-format tal-ħajja li llum għandek u kif qed tagħmilha. Ftakar biss li f’dan il-mument kulma tagħmel irid ikun tajjeb għalik. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  21, 23,  25 u 26  

L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Virgo

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Sagittarius ser ikun biedu sabiex tibda tippjana jew tħejji lilek innifsek aktar. Issa trid iżżomm il-pass li għalkemm ser ikun hemm dan il-ħsieb madwarek ma toħloqx inċertezza. Int trid iżżomm mal-ħsieb li kellek ftit qabel ma bdejt tħoss dan. Ftakar biss li dan jaf ikun perjodu li tkattar fih. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24 u25  

L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn  Libra

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Capricorn ser jgħinek kif int trid tkattar aktar l-impatt tiegħek fil-mod ta’ kif iżżomm dak li akkwistajt. Għalkemm ser ikun hemm xi mumenti ta’ tfixkil però mill-esperjenzi passati tiegħek tista’ tagħraf iżżomm sod u dak li hemm madwarek iżżommu u tagħraf aktar.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  21, 22, 23 u 26  

L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Aries

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru

More in Divertiment