X'qed jgħidu fuqek l-istilel?

L-Oroskopju mwassal għalikom mill-Ħadd 13 ta’ Mejju sas-Sibt 19 ta’ Mejju

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ Aquarius ser iwassal sabiex int tkun tista’ tagħti dik l-imħabba li tant verament tixtieq, għalhekk bħalissa ara lil min verament tista’ tafda b’ċertu kliem sabiex ma’ din il-persuna tkun tista’ tiftaħ qalbek dwar din is-sitwazzjoni li għaddejja minnha bħalissa taf tagħmlek ftit nervuż. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 17 u 19

L-istilla li taf tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ Pisces jaf jikkawża li xi sitwazzjoni li int tant tixtieq tirranġa jew tirregola aktar taf tkun waħda diffiċli, imma jekk minn issa tagħraf tikkumbatti hemm possibilità tajba li tista’ tilħaq l-għan tiegħek, mhijiex sejra tkun sitwazzjoni faċli imma tissielet u taf tirbaħ dak li int tant tixtieq. Qatt m’għandek taqta’ qalbek iżda emmen fik innifsek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 17 u 18

L-istilla li taf tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Scorpio

 Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku ta’ Aries ser iwassallek pjan li int tixtieq twettaq imma trid verament tħejji sew għalih. Taf li int ma tantx tħobb tmur ħażin f’dak li int tkun trid twettaq. Taf li dan il-pjan trid tagħtih spinta u dak li għandu bżonn isir isir, għalhekk tgħaġġilx u taħsibx li b’ġebla waħda ser toqgħod żewġ għasafar għax taf tispiċċa ma torqod xejn. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 17 u 18

L-istilla li taf tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Virgo

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ Taurus se joffrilek dak il-mument li int għandek tagħraf aktar int verament x’tixtieq kemm għalik u kemm għall-ħajja ta’ madwarek u huwa għalhekk li issa trid turi kemm int matur għal dak li hemm madwarek. Issa b’dan kollu trid tara verament xi trid. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15,17, 18 u 19

L-istilla li taf tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ Gemini ser ikun għalik twettiq ġdid, din mhix ser tkun xi ħaġa faċli speċjalment fid-dinja l-ġdida li int se tipprova tidħol fiha, imma bil-karattru qawwi u determinat tiegħek xejn mhu diffiċli. Int magħruf li tegħleb kull sfida li ssib quddiemek imma tilħaqa meta tilħaq il-quċċata u tkun sodisfatt. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 16 u 19

L-istilla li taf tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku  ta’ Cancer ser joħloq żmien ta’ stennija ta’ risposta partikolari u dan għandu jiġri fil-ġimgħat li ġejjin. F’dawn il-ġimgħat għandek impenji importanti wkoll barra l-istennija tant ta’ aħbar. Però għal dan iż-żmien kollu li qattajt fuq ix-xwiek ma kienx għalxejn u din l-aħbar sejra tiftaħlek bosta toroq fil-ħajja professjonali. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 16 u 19

L-istilla li taf tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Sagittarius

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ Leo ser iġiegħlek twebbes rasek aktar u dan jaf ikun ta’ gwadann għalik sabiex turi li int ta’ karattru. Iva jistgħu jaqtgħuk b’mod ieħor imma dan huwa l-bżonn tal-mument li int ser taffaċja. B’dak li int se turi f’dan il-muemnt ma int se titlef l-ebda kredibbilità. Anzi ser tkun qed twissi li int taf taddatta ruħek għal kull sitwazzjoni li tippreżenta ruħha quddiemek.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 17 u 18

L-istilla li taf tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

 Iż-żodijaku ta’ Virgo jaf jikkawża nuqqas ta’ rankatura li kont għaddej biha però din mill-banda l-oħra dan ser ipoġġik f’pożizzjoni sabiex int tiffoka ftit aktar fuqek innifsek din hija xi ħaġa li għandek bżonn. Kull sitwazzjoni fiha l-pożittiv u n-negattiv tagħha għalkemm din il-fażi qiegħda ttelfek minn ċertu rutina tas-soltu dan huwa mument sabiex int tirrifletti ftit aktar dwarek innifsek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 18 u 19

L-istilla li taf tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ Libra ser joffrilek opportunità li riesqa lejk però se toħloq xi ftit ta’ tensjoni madwarek u int taf li fil-mument mhux l-aħjar żmien għal ċertu deċiżjonijiet. Int taf ukoll li bħalissa trid tkun ferm attent minn dak li qed tagħmel minħabba dak li għaddejt minnu ftit żmien ilu. Fl-istess waqt ovvjament ma tridx titlef dak li jista’ jkun ta’ gwadann għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 16 u 19

L-istilla li taf tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Leo

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ Scorpio ser iwassal sabiex int tagħraf timxi aktar b’moħħok milli b’qalbek. Hemm sitwazzjoni madwarek li int trid tagħraf taffaċja din is-sitwazzjoni tħarbat dak li bnejt f’dawn l-aħħar xhur. Xejn ma jsir malajr, issa huwa dak il-waqt li tara kemm int kapaċi tegħleb dan b’moħħok. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  14, 15, 17 u 18

L-istilla li taf tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Leo

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius ser iġiblek il-passat li int esperjenzajt u hekk li fil-ġimgħat li ġejjin se terġa’ tkun maħkuma minn ftit ansjetà minħabba f’hekk persuna li ma tantx kellek mument tajjeb magħha terġa’ taffaċja fil-ħajja tiegħek. Dan jaf ikun ta’ eżami għalik sabiex int tara kemm int issa wara dak kollu li esperjenzajt kemm int vera b’saħħtek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 17 u19

L-istilla li taf tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Cancer

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ Capricorn ser joffrilek sfida sabiex int tagħraf tkun kapaċi taffaċja sitwazzjonijiet ibsin. Grazzi għal dan int għandek tkun kawt ħafna f’dak li riesaq lejk f’mument fejn int imdawwar b’ħafna pożittività u ma għandekx tkun imfixkla minn dak li ġej jew iseħħ. Speċjalment fejn tidħol l-imħabba li bħalissa qiegħda f’linja tajba, agħraf sew lilek innifsek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  14, 15, 17 u 19

L-istilla li taf tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Gemini

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru

More in Divertiment