X'jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa?

L-Oroskopju mwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

L-effett tal-qamar kwinta fuq iż-żodijaku ta’ Aquarius ħalla l-impatt tiegħu fil-mod ta’ kif int se tkun qed taħseb dwar dak kollu li ġej f’dawn il-ġranet. Għalhekk issa li taf b’dan għandek tagħraf li kull sitwazzjoni li int tista’ taffaċja trid tirrifletti aktar minn dak li s-soltu tagħmel sabiex tkun tista tieħu l-aħjar direzzjoni. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 14, 15 u 17

L-istilla li bħalissa se toffrilek fiduċja pożittiva għalik ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

L-effett tal-qamar kwinta fuq iż-żodijaku ta’ Pisces ħalla l-impatt tiegħu fil-mod ta’ tkattir ta’ aktar responsabbilità fl-abbiltà li int għandek madwarek. Jista’ jkun li qabel din il-fażi int kont illaxkajt xi ftit mir-responsabbilità għalhekk issa se terġa’ tidħol lura b’aktar ħeġġa sabiex twassal aktar il-messaġġ tiegħek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 15 u 16

L-istilla li bħalissa se toffrilek fiduċja pożittiva għalik ġejja minn Capricorn

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

L-effett tal-qamar kwinta fuq iż-żodijaku ta’ Aries ħalla impatt sensittiv qawwi ġewwa fik li mhux normali li għalik tkun daqstat sensittiv imma dan il-perjodu issa qed tħoss fih is-sensittività u din se tkun ir-raġuni li int tiġbed aktar simpatija pożittiva lejk li sa ftit ilu kienet nieqsa sew minn madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 12, 16 u 17

L-istilla li bħalissa se toffrilek fiduċja pożittiva għalik ġejja minn Leo

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

L-effett tal-qamar kwinta fuq iż-żodijaku ta’ Taurus ħalla impatt enerġetiku ġewwa fik u li qed tħoss saħħa aktar milli s-soltu kont. Din l-enerġija se tagħtik iċ-ċans sabiex iżżid xi nuqqas u issa qed tħossok b’saħħtek biżżejjed li wara ġurnata xogħol tmur sal gym jew tagħmel xi mixja jew eżerċizzju. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 15 u 17

L-istilla li bħalissa se toffrilek fiduċja pożittiva għalik ġejja minn Virgo

Taurus huma magħrufin għall-imaġinazzjoni sabiħa tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

L-effett tal-qamar kwinta fuq iż-żodijaku ta’ Gemini ħalla impatt ta’ kuraġġ aktar minn qatt qabel ġewwa fik sabiex tkun tista’ tikkumbatti dak il-mewġ li int qeed tiffaċċja b’mod partikolari fil-karriera bħalissa u dan għandu jqawwilek il-moral sabiex tagħraf dawn l-opportunitajiet li ġejjin. Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 15 u 16

L-istilla li bħalissa se toffrilek fiduċja pożittiva għalik ġejja minn Sagittarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

L-effett tal-qamar kwinta fuq iż-żodijaku ta’ Cancer ħalla impatt fuq is-saħħa tiegħek u dan ma kienx riżultat ta’ xi mard u dgħufija personali imma ġej mill-effett tas-sistema żodijaka u għalhekk f’dawn il-ġranet l-impatt tiegħek ser ikun aktar b’saħħtu mis-soltu u dan ikun fattur importanti għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 12, 16 u 17

L-istilla li bħalissa se toffrilek fiduċja pożittiva għalik ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

L-effett tal-qamar kwinta fuq iż-żodijaku ta’ Leo ħalla impatt ta’ twemmin aktar mis-soltu f’dak li int kont temmen fik innifsek ftit taż-żmien ilu u dan għandu jkun ferm utli għalik sabiex f’din id-direzzjoni temmen fil-ħila u l-intellet li għandek u tagħraf li kapaċi tmexxi aktar lilek innifsek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 15 u 17

L-istilla li bħalissa se toffrilek fiduċja pożittiva għalik ġejja minn Taurus

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

L-effett tal-qamar kwinta fuq iż-żodijaku ta’ Virgo ħalla l-impatt tiegħu fil-mod għal dawn il-ġranet li ġejjin ta’ kif int se tikkonfronta lil min qisu qed jipprova jgħaddik minn għajn il-labra. Issa int trid toqgħod ferm attent gal dak li tħoss. Agħraf sabiex tkattar lilek innifsek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 12, 15 u 16

L-istilla li bħalissa se toffrilek fiduċja pożittiva għalik ġejja minn Aries

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

L-effett tal-qamar kwinta fuq iż-żodijaku ta’ Libra ħalla l-impatt tiegħu fil-mod ta’ kif int se tibda tħejji l-ħsieb li jiġġenera dwar ċertu deċiżjonijiet li fil-passat kont tkun trid it-tieni opinjoni għalkemm fl-aħħar id-deċiżjoni tasal għaliha int. Però issa għal dawn il-ġimgħat li ġejjin din is-sitwazzjoni mhix sejra tibqa’ aktar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u blu

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 15 u 17

L-istilla li bħalissa se toffrilek fiduċja pożittiva għalik ġejja minn Aquarius

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

L-effett tal-qamar kwinta fuq iż-żodijaku ta’ Scorpio ħalla l-impatt tiegħu fil-mod għal deċiżjoni li se tkun riesqa lejk fiż-żmien qarib li din id-deċiżjoni se tkun taf li għandu jkollok impatt differenti fil-format tal-ħajja li llum għandek u kif qed tagħmilha. Agħraf sabiex tavvanza. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 12, 14 u 15

L-istilla li bħalissa se toffrilek fiduċja pożittiva għalik ġejja minn Aquarius

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

L-effett tal-qamar kwinta fuq iż-żodijaku ta’ Sagittarius ħalla l-impatt tiegħu fil-mod li fixklek minn dak li int kont se tibda tippjana jew tħejji dwaru. Issa trid iżżomm il-pass li għalkemm ser ikun hemm dan l-effett madwarek ta’ inċertezza int trid iżżomm mal-ħsieb li int kellek ftit qabel ma bdejt tħoss dan. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 16 u 17

L-istilla li bħalissa se toffrilek fiduċja pożittiva għalik ġejja minn Cancer

Sagittarius huma magħrufin għall-abbilità organizzattiva tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

L-effett tal-qamar kwinta fuq iż-żodijaku ta’  Capricorn ħalla l-impatt tiegħu fil-mod kif int se żżomm dak li int irnexxielek iżżomm madwarek. Għalkemm ser ikun żmien ta’ ftit ta’ tfixkil però int mill-esperjenzi passati tiegħek trid tagħraf iżżom sod u dak li hemm madwarek iżżommu u tagħraf dan. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  11, 13, 14 u 15

L-istilla li bħalissa se toffrilek fiduċja pożittiva għalik ġejja minn Gemini

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li joffru

More in Divertiment