Ippubblikat il-programm tal-Karnival għas-Sibt u l-Ħadd

Il-Karnival tas-Sajf f'Bugibba
Il-Karnival tas-Sajf f'Bugibba

Id-dilettanti tal-Karnival qed jittamaw li wara l-qtigħ il-qalb tal-aħħar jiem, it-temp ikun ħanin u jħallihom jiċċelebraw il-Karnival matul dan tmiem il-ġimgħa.

Festivals Malta, flimkien mat-Tim Organizzattiv tal-Karnival ippubblikaw il-programm ta’ nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej.

Is-Sibt 17 ta’ Frar:

  • Fid-9:30am: Il-Karnival tat-Tfal fi Pjazza San Ġorġ. Il-prezz tal-biljetti hu ta’ €5, b’numru limitat ta’ biljetti VIP li jiswew €10.
  • Fit-3:30pm: Programm taż-żfin u sfilata bil-karrijiet. Il-prezz tal-biljetti hu ta’ €7 b’numru limitat ta’ biljetti VIP li jiswew €15.

Il-Ħadd 18 ta’ Frar:

  • Fis-2pm: Gran Defilé fi Triq Sant’Anna, il-Furjana

Festivals Malta tħabbar li l-voti sottomessi b’konnessjoni mal-kompetizzjonijiet tal-Karnival ta’ Malta se jinfetħu nhar it-Tnejn li ġej, 19 ta’ Frar u b’hekk ir-riżultati tal-kompetizzjonijiet jitħabbru nhar it-Tnejn 19 ta’ Frar, kmieni waranofsinhar.

Kull min xtara biljett tal-Karnival u ma użahx se jiġi kkuntattjat minn www.ticketline.com.mt biex jingħata l-flus tagħhom lura.

Għalhekk għall-attivitajiet il-ġodda tal-Karnival, li huma bil-ħlas, ma jistgħux jintużaw il-biljetti ta’ qabel imma jridu jinxtraw oħrajn ġodda.

Il-biljetti l-ġodda jistgħu jinxtraw onlajn minn http://www.ticketline.com.mt jew miċ-ċinemas tal-Embassy, il-Belt, mill-llum il-Ħamis 15 ta’ Frar.

More in Divertiment