L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ Aquarius ser jgħinek tagħraf aktar lilek innifsek milli kont. Jekk f’dawn it-tliet ġimgħat m’intix se tagħmel xi ħaġa ta’ ġid għalik se tara żmien diffiċli ġej lejk. Dan mhux se jkun faċli biex tinqala’ minnu. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: oranġjo u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 31 u 2

L-istilla l-aktar kompatibbli għalik ġejja minn Gemini

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ Aquarius għalik huwa żmien ta’ analiżi iktar profonda dwarek innifsek. ’Il quddiem ħa tinduna kemm kien għaqli dan il-pass sabiex ċertu deċiżjonijiet li tieħu jkunu verament dawk li joffrulek l-aspettattivi li tixtieq.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u iswed

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 2 u 3

L-istilla l-aktar kompatibbli għalik ġejja minn Cancer

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Iż-żodijaku ta’ Aquarius  se joffrilek l-opportunità li tfittex parir mingħand xi ħadd qrib tiegħek. Dan ser ikun tajjeb iżda fl-aħħar mill-aħħar inti trid tkun kapaċi tieħu deċiżjoni u dan tista’ tagħmlu b’mod mill-aktar faċli. Agħraf dejjem. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 31 u 2

L-istilla l-aktar kompatibbli għalik ġejja minn Leo

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ Aquarius se jgħinek tagħraf kemm trid toqgħod attent lil min tafda u dan minħabba li fil-passat ġejt tradut. Issa dan mhux il-każ però trid tesperimenta billi tafda affarijiet żgħar imbagħad tara minn hemm. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 2 u 3

L-istilla l-aktar kompatibbli għalik ġejja minn Virgo

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ Aquarius bħalissa wasslek biex tgħaddi minn proġetti li trid tieħu l-aħjar opportunitajiet. Trid hawnhekk tagħraf tfassal pjan aktar wiesa’ ta’ kif int se tqassam ħalli dak li għandek ġej ikun pjanat u sew. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29,31 u 3

L-istilla l-aktar kompatibbli għalik ġejja minn Scorpio

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku ta’ Aquarius  jgħinek tagħraf il-pożizzjoni tiegħek b’mod speċjali fejn jidħol in-namur. F’dan il-mument u fir-relazzjoni jista’ jkun li qed tesperjenza mumenti xejn feliċi. Agħraf sew dak li għaddejja minnu għax fil-preżent is-sitwazzjoni mhix waħda ideali. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 31 u 2

L-istilla l-aktar kompatibbli għalik ġejja minn Sagittarius

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ Aquarius se jgħinek tagħraf li bħalissa int trid tevita l-ostakli fir-relazzjoni tiegħek. Meta tkun fl-imħabba kull ostaklu li jkun hemm għandek tkun kapaċi tħoll basta hemm l-imħabba. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 31, 2 u 3

L-istilla l-aktar kompatibbli għalik ġejja minn Capricorn

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku ta’ Aquarius se jgħinek tagħraf li hemm deċiżjonijiet li se jġibu ċerti tibdil madwarek imma dan ħa jkun kollu għat-tajjeb kemm għalik personali kif ukoll għall-futur tiegħek. Però tagħmel tajjeb li tirrifletti ftit aktar. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 31 u1

L-istilla l-aktar kompatibbli għalik ġejja minn Aquarius

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ Aquarius  huwa mument fejn dak li qed jiġri mhux tort tiegħek imma huwa fażi li trid tgħaddi minnha. Issa minn dak li għaddej għandek tagħraf aktar il-ħajja. Forsi ħsibt li l-ħajjar kollha ward imma issa qed tinduna li jaf ikun hemm ix-xewk ukoll. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 31 u 3

L-istilla l-aktar kompatibbli għalik ġejja minn Pisces

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ Aquarius ser joffrilek ġranet ta’ riflessjoni u mhux tisma’ u biss tinjora. Wara li tisma’ sew dak li ħa jingħadlek bħala gwida, irrifletti fil-fond u skont dak li tħoss agħraf ħu d-deċiżjoni. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 31, 1 u 2

L-istilla l-aktar kompatibbli għalik ġejja minn Aries

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ Aquarius huwa żmien li fih trid tagħraf x’inhu l-aħjar għalik. Trid tagħraf kemm int lest tiffaċċja żmien l-inċertezza. Issa ilek għaddej minn dan, emmen aktar fik innifsek ħalli tħares ’il quddiem b’kuraġġ. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 31, 2 u 3

L-istilla l-aktar kompatibbli għalik ġejja minn Gemini

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ Aquarius se jagħmlek tagħraf aktar lil min verament għandek tafda. Tradiment li ġarrabt fil-passat għandu jkun gwida tajba għal dak li għaddejja minnu bħalissa. Mhux fil-bod tagħraf min huwa vera affidabbli. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 31u 1

L-istilla l-aktar kompatibbli għalik ġejja minn Taurus

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment