Kotba li jieħdu l-ħajja bit-teknoloġija

Id-dinja tal-Orisini l-ewwel kotba bil-Malti bl-Augmented Reality

Id-Dinja tal-Orsini hi serje ġdida ta’ kotba’ b’differenza hekk kif dawn il-kotba se jkunu qegħdin mżejnin bit-teknoloġija pjuttost ġdida tal-augemented reality. 

Ruth Frendo l-awtur u ko-produttur tas-serje, qalet lill-ILLUM, li dan hu l-ewwel xogħol tat-tip tiegħu f’Malta.

Però x’għandhom iktar speċjali l-kotba tal-orisini minn kotba oħrajn? Id-dinja tal-Orsini, li tinkludi ħames Orsini ta’ daqs u xorta differenti li jitgħallmu jgħixu f’dinja mill-isbaħ tal-Orsini, se jkun l-ewwel ktieb ippubblikat bil-Malti li jagħmel użu mit-teknoloġija tal-‘Augemented Reality’.

L-Augemted Reality, hi teknoloġija pjuttost ġdida li titfa’ informazzjoni fuq id-dinja reali. Pereżempju stampi u ħsejjes jitfaċċjaw fuq dak li qed jara u jisma’ min jagħmel użu mill-applikazzjoni. Il-filmati li huma allaċjati mal-kotba ġew maħduma bl-animazzjoni tat-tip stop motion.

‘Stop Motion Animation’ hija teknika użata fl-animazzjoni biex tagħti l-ħajja lil oġġetti statiċi fuq l-iskrin. Dan isir billi l-oġġett jiġi mċaqlaq f'inkrementi waqt li jkun iffilmjat ‘frame, frame.’

Meta wieħed jara l-frames kollha f'sekwenza mill-bidu għat-tmiem din it-teknika toħloq effett ta’ moviment. Hemm tliet tipi ta’ animazzjoni stop motion. Cartoons popolari bħal Shaun the Sheep u Pingu nqdew b’din it-teknika ta’ produzzjoni. Din it-tip ta’ animazzjoni, hi waħda li tirrikjedi ħafna ħin hekk kif, għal filmat ta’ madwar ħames minuti, wieħed irrid jiġbed mas-7,200 ritratt statiku.

Dawn huma l-ewwel żewġ kotba f’din is-serje li fil-futur ser jiġu wkoll tradotti għall-Ingliż. Mal-Illum Frendo rrimarkat li t-taħlita tat-teknoloġija mal-qari għandha tkun ta’ benefiċċju sabiex aktar tfal jaraw il-qari bħala gost.

Dan il-proġett, ġie mtella’ bl-għajnuna tal-MCAST, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu flimkien mal-Malta Film Fund, taħt id-direzzjoni ta’ Christ Scicluna u l-produzzjoni ta’ Ruth Frendo u Charlo C Bonnici.

Dawn il-kotba huma mmirati lejn tfal li jattendu jew se jibdu jattendu l-Pre-school, kindergarten flimkien mal-ewwel u t-tieni sena tal-primarja.

More in Divertiment