Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Paul Jon / 9 t'Ottubru 2017 12:44
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla Libra għalik bħala Aquarius dan ifisser li trid tkun aktar paċenzjuża għal dak li tixtieq. Hija l-paċenzja biss f’dan l-istadju li tista’ twasslek fejn tixtieq. Jekk ma tiħux paċenzja se tara li s-sitwazzjoni tkun marret kontra ta’ dak li int tixtieq.  Għalhekk finalment ikollok tisma’ mill-parir sabiex tagħraf tkun aktar paċenzjuża u tara l-bidla ssir. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Libra se tagħtik direzzjoni pożittiva ġejja minn Leo

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla Libra għalik bħala Pisces se tkun opportunità li takkwista dak kollu pożittiv li jista’ jkun ta’ gwadann u tkabbir. Din il-pożizzjoni li tinsab fiha tista’ tiftaħlek ħafna bibien imma dejjem trid tagħraf il-potenzjal ta’ dak kollu li jista’ jiġi. Kollox ma’ kollox dan huwa mument maġiku għalik fej ntista’ tavvanza ħafna ’l quddiem

Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Libra se tagħtik direzzjoni pożittiva ġejja minn Capricorn

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla Libra għalik bħala Aries dan ifisser li trid tagħraf aktar bil-galu u tagħti l-attenzjoni lil dak kollu li jkun qed idur madwarek u aktar u aktar fik. Issa huwa l-mument fejn trid tagħraf kull ċaqliq sabiex tkun tista’ tagħmel valutazzjoni ta’ x’inhu l-aħjar għalik u tiżen dan kollu bil-għaqal. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta    

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Libra se tagħtik direzzjoni pożittiva ġejja minn Scorpio

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla Libra għalik bħala Taurus dan ser ifisser li trid tbiddel dak li int imdorri tagħmel u ma tieħu xejn aktar forgranted. Issa għandek iċ-ċans tkun flessibbli però taħt din l-istilla tista’ tmur tajjeb fit-titjieb li se tagħmel l-aktar fejn tidħol l-imħabba u fir-relazzjonijiet l-oħra ta’ madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Libra se tagħtik direzzjoni pożittiva ġejja minn Virgo

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla Libra għalik bħala Gemini dan ifisser żmien ta’ pjanar anke f’sitwazzjonijiet li waqgħu lura u jridu jiġu attwati Il-qofol ta’ dan il-mument huwa l-ippjanar għal dak kollu li huwa sinifikanti mal-karriera li għandek. Dan huwa l-mument fejn tista’ tfassal il-pjanijiet b’aktar attenzjoni u anke f’ċertu dettall. Agħraf il-passi li tieħu. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Libra se tagħtik direzzjoni pożittiva ġejja minn Cancer

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla Libra għalik bħala Cancer dan ifisser mument ta’ riflessjoni fuq dak li l-aktar tixtieq tagħmel f’ħajtek. Għalhekk agħraf dak li hu vitali għalik u minn hemm tista’ tagħraf il-ħtieġa ta’ fejn trid titfa’ ħarstek fix-xhur li ġejjin. Agħraf li dak li se tirrifletti dwaru se jwasslek għal dak li vera tixtieq. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Libra se tagħtik direzzjoni pożittiva ġejja minn Aquarius

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla Libra għalik bħala leo ser ifisser mument ta’ kuraġġ u diterminazzjoni li għandek bżonn fil-ħajja ta’ madwarek. Peress li d-determinazzjoni naqset xi ftit dan huwa l-mument li fih trid terġa’ tidħol fik innifsek u tkompli miexi b’dak il-pass li int tant magħruf għalih. Toqgħodx tħares lura; id-direzzjoni hi waħda u hi ’l quddiem. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Libra se tagħtik direzzjoni pożittiva ġejja minn Pisces

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla Libra għalik bħala Virgo dan ser ifisser mument fejn trabbi l-paċenzja dwar dak li trid twettaq u r-ritmu li bih irid jitwettaq. Il-paċenzja trid tkun aktar f’dak li taħseb sabiex dak li hemm ġej bil-mod kawtel, ikun maħsub sew u dan ser ikun importanti għalik għaliex ser tara tibdil fir-riżultati li int min issa se takkwista. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Libra se tagħtik direzzjoni pożittiva ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla Libra għalik bħala Libra, dan huwa mument fejn trid timxi f’dak li jiġik f’moħħok aktar milli dak li tgħidlek qalbek. Dan il-mument hu sensittiv ħafna għalik għaliex trid tirkupra ferm tajjeb minn dan l-iżball li tista’ twettaq u għalhekk il-parir li bħalissa hu vijabbli li inti timxi bil-ħsieb u mhux bl-emozzjoni. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Libra se tagħtik direzzjoni pożittiva ġejja minn Sagittarius

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla Libra għalik bħala Scorpio dan ser ifisser mument ta’ għarfien. Dan il-mument se joffrilek l-opportunità li tagħraf min minn dawk madwarek huma verament persuni li tista’ tafda sabiex tkompli miexja ’l quddiem. Dan irid ikun il-pass li trid tagħmel għalkemm jaf ikun pass diffiċli għax ser ikollok taqta’ xi nies minn madwarek. Tħallix dan il-pass ifixklek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Libra se tagħtik direzzjoni pożittiva ġejja minn Aries

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla Libra għalik bħala Sagittarius, dan ifisser li int trid tkun aktar formali fl-imħabba ta’ madwarek kemm f’dik li għandha x’taqsam relazzjoni kif ukoll ma’ dawk tal-familja. Int trid tagħraf twassal dak li turi f’imħabbtek b’mod aktar dirett. Dan se jibda jinħass aktar mis-soltu. Dan huwa mument għalik fejn imħabbtek se tkun sors ta’ komunikazzjoni pożittiva. Namaste.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Libra se tagħtik direzzjoni pożittiva ġejja minn Gemini

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla Libra għalik bħala Capricorn, dan ifisser li int trid tkun aktar preċiża f’dak li trid twettaq. Nuqqas ta’ dan jista’ jikkawża sitwazzjonijiet negattivi. Għalhekk int għandek tagħmel pjan li tkun tista’ twettaq bih dak kollu li trid b’mod preċiż imbagħad, imxi għall-pjan ta’ wara. Imma dejjem trid tkun preċiża kemm tista’ f’dak li tkun se twettaq. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Libra se tagħtik direzzjoni pożittiva ġejja minn Libra

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook