L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Għall-istilla Aquarius, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Virgo, ikun ifisser li int għandek tħejjija. Tħejjija sabiex int tagħraf eżattament dak li huwa tajjeb għaż-żmien li ġej. Int għandek tagħraf lis issa huwa l-mument sabiex tibni lilek, b’hekk għandek tissaħħaħ aktar għal dak li ġej.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Settembru sejra timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Gemini

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Għall-istilla Pisces, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Virgo ifisser li għandek tagħraf dawk li madwarek verament huma persuni ġenwini li dejjem tawk dak l-appoġġ meħtieġ, l-aktar meta int għaddejt minn mumenti diffiċli. Agħraf dan u ftakar demm.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Settembru sejra timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Cancer

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Għall-istilla Aries, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Virgo, huwa mument li tirrifletti eżattament minn dak li din is-sena għaddejt minnu, sabiex minn dak li esperjenzajt, tużah fix-xhur li ġejjin. B’hekk, int se tibni pedament aktar sod, b’aktar tkabbir madwarek għall-futur.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta    

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fix-xahar ta’ Settembru sejra timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Leo

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Għall-istilla Taurus, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Virgo, huwa għarfien aktar li int akkwistajt matul dawn l-aħħar xhur. Jekk int tħares lura u tara dak kollu li int wettaqt, se tħoss ċertu sodisfazzjon u dan se jkun biżżejjed sabiex int tagħraf kemm int verament kapaċi.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Settembru sejra timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Virgo

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Għall-istilla Gemini, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Virgo, huwa żmien profond ta’ ffukar fuq it-tkabbir tal-karriera tiegħek. Iffukar fuq il-proġetti li għandek imħejjija għax-xhur li ġejjin. Dan sabiex int tkompli ċ-ċirku mistiku ta’ madwarek.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fix-xahar ta’ Settembru sejra timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Libra

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Għall-istilla Cancer, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Virgo, huwa żmien ta’ pjanar, f’dak li ilek tant taħseb għalih. Dan huwa perjodu għalik ta’ konċentrazzjoni għal dak l-ippjanar li int se tkun ta’ importanza massima. Taqtax qalbek u kompli imxi.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Settembru sejra timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Sagittarius

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Għall-istilla Leo, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Virgo, huwa mument li tgħaqqad dak kollu li int ġbart mill-pariri li ħadt, sabiex tiġi għall-konklużjonijiet. Issa għamilt biżżejjed sabiex tisma’. Issa ieqaf ftit irrifletti fuq dak kollu li smajt, u ddeċiedi. Wasal il-mument li tkattar.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fix-xahar ta’ Settembru sejra timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Scorpio

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Għall-istilla Virgo, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku tagħha stess, dan qed jagħti ċ-ċans li tagħraf id-differenzi li esperjenzajt sabiex minn dawn l-esperjenzi, int tkun tista’ tqassam aħjar bejn il-karriera u ħin ta’ benefiċċju għalik. Il-bilanċ huwa ferm importanti minn issa ’l quddiem.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fix-xahar ta’ Settembru sejra timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Capricorn

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Għall-istilla Libra, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Virgo, hemm il-possibbiltà li tkattar iktar il-ħajja ta’ madwarek. Tista’ tkompli tikber fil-karriera tiegħek. Tista’ tkattar l-imħabba tiegħek u jistgħu jinfetħu toroq ġodda li forsi kienu magħluqin. Ħares ’il quddiem.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Settembru sejra timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Aquarius

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

 

Għall-istilla Scorpio, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Virgo, huwa żmien ta’ kalma. Il-kalmezza ta’ ġewwa fik, huwa perjodu fejn se tagħraf dak li hemm ġewwa fik minħabba ostakli differenti li ġejjin. M’għandelx għala titlef din il-kalmezza.

Kulura favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Settembru sejra timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Pisces

Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Għall-istilla Sagittarius li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Virgo, tinsab f’dak il-mument maġiku li tagħraf tirbaħ tiġbid u tkattar lejk dak kollu li int tagħraf trid. Int bħalissa għandek l-isbaħ żmien li tissaħħaħ f’kull parti tal-ħajja li int trid. Agħraf dan il-mument importanti.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Settembru sejra timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Aries Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Għall-istilla Capricorn, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Virgo, huwa żmien għalik sabiex tagħraf l-aktar affarijiet importanti qabel ma tidħol fż-żodijaku ta’ Libra ovvjament. Dan ikun iż-żmien maġiku tiegħek li int tibni l-madwar tiegħek. Agħraf ħejji tajjeb sabiex tissaħħaħ.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fix-xahar ta’ Settembru sejra timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Taurus

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment