L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa, fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ Leo sejjer ikompli billi inti tagħraf fejn tixtieq verament tasal, fażi li taħseb li issa waslet lejn it-tmiem. Issa trid tasal għal deċiżjoni u dan huwa importanti sabiex tibda x-xahar ta’ Settembru b’kontribut aktar pożittiv f’dak li hemm ġej għalik. Jekk dan ma jkunx allura sfortunatament għalik ġej żmien iebes. Tippermettix dan iseħħ. Għandek perjodu interessanti riesaq lejk, titilfux!

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla fix-xahar t’Awwissu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Gemini

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ Leo sejjer ikompli billi inti tnaqqas ftit mill-pressjoni kbira li għandek madwarek sabiex fix-xahar li ġej issib ftit aktar spazju għalik u jekk int għandek relazzjoni fittex ftit aktar ħin mal-maħbub/a. Bħalissa dan l-ispazju huwa bżonjuż. Imma agħraf sib ħin ukoll sabiex kemm fiżikalment kif ukoll mentalment tkun aħjar. Int tagħraf li kif int qed titlef mumenti li forsi ma jirrpetux ruħhom. Fittex spazju u bilanċ.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla fix-xahar t’Awwissu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Cancer

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku ta’ Leo ser jagħmlek tagħraf tnaqqas ftit minn dik ir-ras iebsa li xi kultant lanqas fil-barriera ma ssib ġebel iebes daqsha. Agħraf agħmel dan sabiex tagħraf tkun aktar flessibbli fil-madwar tiegħek. Hekk int se tagħraf li meta trattab dik ir-ras iebsa se tagħraf kemm is-sitwazzjonijiet ta’ madwarek ikunu aħjar. Il-personalità tiegħek trid iżżommha u fejn għandek punt żommu imma fejn ma għandekx ibda erħi u agħraf. Dan ikabbrek u jimmaturak aktar.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt          

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla fix-xahar t’Awwissu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Leo

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ Leo ser iwasslek lejn konklużjoni li int ilek tħejji. Ovvjament tagħmel sew li tagħfas aktar bħaliss, però int taf ukoll li issa m’għandekx għaliex ittawwal għax dak li kellek tagħraf żgur kellek żmien biżżejjed. Għalhekk sa Settembru ibda wettaq dak li għandek twettaq u tagħtix kas xi kummenti li probabbilment se tirċievi. Ibqa’ kkonċentrat u ffukaf fuq dak biss li hemm bżonn jitwettaq.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla fix-xahar t’Awwissu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Virgo

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ Leo ħa joffrilek direzzjoni aktar ċara ta’ fejn u kif għandek tkompli tavvanza fil-ħajja u fil-karriera tiegħek. Settembru se jlaqqak ma’ nies li huma ta’ importanza għal fejn trid tasal. Ovvjament mhux dejjem se ssib min jaqbel ma’ dak li int tħaddan imma dan m’għandux ikun ta’ ostaklu għalik, anzi dan se jsaħħek aktar f’dak li hemm ġej għalik. Għalhekk emmen aktar fik innifsek u żomm id-direzzjoni tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla fix-xahar t’Awwissu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Libra

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku ta’ Leo ser ipoġġik f’pużizzjoni ta’ inċertezza minn dak li hemm quddiemek. Tħallix din l-inċertezza titwessa’ altar milli għandha bżonn. Huwa importanti f’dak l-istadju li int issib aktar ħin għalik sabiex tagħraf tieħu dawk id-deċiżjonijiet għaqlin u fl-aktar direzzjoni viabbli għalik. Tinkwetax dan il-mument ser jingħeleb u għal Settembru tkun ferm aħjar grazzi għad-direzzjoni li tieħu.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla fix-xahar t’Awwissu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ Leo se jwasslek sabiex terġa’ tibda tħoss dak li inti tħobb u tieħu gost l-aktar li tqatta’ l-ħin fih. Dan l-aħħar minħabba pressjoni ma stajtx twettaq dak li verament inti tħobb imma issa għax-xahar li ġej dan tista’ twettqu. Dan sejjer ikun ferm tajjeb għalik sabiex tibni lilek innifsek aktar f’linja trankwilla. L-ispazju li int tinsab fih ħudu kollu, dan ikun il-pediment għal dak li riesaq lejk fix-xhur li ġejjin.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Sagittarius

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku ta’ Leo se jiftaħlek toroq li int kont tara bħala impossibbli li jinfetħu. Dan ser jiġri sabiex int tkun tista’ tagħraf x’direzzjoni għandek tieħu fix-xhur li ġejjin. Trid tagħraf liema minn dawn it-toroq huma viabbli għalik sabiex tkun tista’ tikkonċentra fuq dawk li huma ta’ gwadann għalik. Tfixkil sejjer jinqala’ imma int trid tkun iffukat sabiex l-ebda tfixkil ma jwaqqfek minn dak li se jkun dispost għalik.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ Leo se jġiegħlek tħejji pjan għas-sena li ġejja, pjan ta’ bilanċ bejn il-karriera li s-sena d-dieħla se tkompli tissaħħaħ u tikber u dan se jikkawża aktar responsabbilità. Pjan ukoll ta’ bilanċ fir-relazzjoni li int ikollok madwarek fejn żgur trid tagħraf tagħti aktar imma l-aktar importanti għalik huwa li tqassam il-ħin għalik u għar-relazzjoni. Dan il-bilanċ huwa ferm importanti li tibda twettqu aktar u aktar li int suppost magħruf għal dan.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Aquarius

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ Leo bħalissa se jippreparak għad-deċiżjonijiet li ser ikollok tieħu fix-xhur li ġejjin. Ser ikun hemm deċiżjonijiet li jinkludu l-possibbilità ta’ tibdil fid-direzzjoni u din se tkun ta’ wġigħ ta’ ras kbira, anke minħabba li jekk int tinsab f’relazzjoni hawn ukoll ser ikun hawn bżonn ta’ xi forma ta’ direzzjoni. Ħejji lilek innifsek sew sabiex tagħraf tieħu l-aħjar deċiżjonijiet li se jlaqqgħek magħhom ix-xahar ta’ Settembru.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Pisces

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ Leo bħalissa se joffrilek direzzjoni ġdida fl-imħabba imma taf tkun sitwazzjoni li trid tagħraf. Għandek passat li kemm tista’ trid tħallih warajk. Dan ser ikun żmien ta’ riflessjoni ta’ liema hi l-aħjar triq fiż-żmien li ġej biex taddatta għall-imħabba. L-importanti li tagħraf dak li huwa ta’ ġid għalik. Wasal iż-żmien li tagħraf biss dak li huwa tajjeb għalik u timblokk darba għal dejjem il-passat.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Aries

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ Leo fil-ġranet li ġejjin ser jġiegħlek tibda skeda ta’ direzzjoni bejn dak li huwa utli għalik personali u dak li jista’ jkun utli għal dawk ta’ madwarek. Dan huwa perjodu ta’ riflessjoni kif int se tħejji bilanċ bejn dak li trid tkabbar għalik personali u fl-istess ħin iżżomm bilanċ ma’ ta’ madwarek bħall-familja u l-ħbieb. Trid tagħtihom l-importanza li tixirqilhom. Id-direzzjoni li int se tagħraf tieħu għalik personali ser tkabbrek aktar.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Taurus

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment