L-Oroskopju

Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa, kif imwassal minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-bidu taż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Cancer ser joffrilek riflessjoni kemm dwar il-ħajja personali kif ukoll dwar il-qada tiegħek fl-imħabba. Għalkemm qed tħossok maqbuda bejn żewġ ħitan jekk tagħraf tirrifletti ftit din il-pressjoni m’għandhiex tkun iebsa. L-importanti huwa li tasal għal xi forma ta’ konklużjoni. Aktar ma tisma’ pariri aktar se titfixkel u dak li forsi għandu ċ-ċans jitranġa fi ftit jiem jaf ikun ferm aktar kumplikat.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku se tagħtik appoġġ morali ġejja minn Libra.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Il-bidu taż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Cancer ser ikun żmien tajjeb għalik fejn jittranġaw xi differenzi li għandek speċjalment mal-familjari. Dan huwa l-aħjar mument biex tirranġa dan id-diżgwid u dan għandu jkun ta’ direzzjoni tajba għalik għal dak li ġej. Aktar ma s-sitwazzjoni ta’ madwarek tkun pożittiva aktar jinġibdu affarijiet pożittivi lejk.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku se tagħtik appoġġ morali ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Il-bidu taż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Cancer se ġġiegħlek tħoss li int trid tagħmel xi tibdil madwarek. Fil-fatt bħalissa l-istilla ta’ Aries qiegħda f’dak iż-żmien ta’ tibdil. Waħda mit-tibdil għandha tkun li ssib ħin għalik, ħin biex tirrilassa kemm jekk tmur sal-gym jew tiddeverti mal-ħbieb. Il-pressjoni kbira tax-xogħol li hemm madwarek ma tistax tibqa’ sejra kif inhi għax jekk ma ssibx spazju toħloq aktar żbilanċ.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta       

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku se tagħtik appoġġ morali ġejja minn Sagittarius

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Il-bidu taż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Cancer ser jurik li dik l-inċertezza li għandek madwarek għandek tagħmel kuraġġ u tkun aktar b’saħħtek biex din il-fażi ma tikbirx aktar minn dak li diġà hi. Jekk int se toqgħod taħrab ir-realtà s-sitwazzjoni jaf tikber. Idħol fik innifsek u emmen aktar fik innifsek u dak li int qed tara li huwa ta’ tfixkil toqgħodx tibża’. Ħu deċiżjoni sabiex int tkun aħjar.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku se tagħtik appoġġ morali ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-bidu taż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Cancer ser ikun rifless fuq il-karriera tiegħek li bħalissa tinsab fuq quddiem sabiex tkompli tespandi aktar. Bħalissa int qed tkun iffokat sabiex tagħti aktar saħħa lill-karriera tiegħeku dan se jkompli jissaħħaħ grazzi għal aktar opportunitajiet li resqin lejk. Dan ser ikompli jagħmlek aktar attiv u motivat. Tajjeb li tagħraf tqassam ftit sabiex ikun hemm bilanċ madwarek.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku se tagħtik appoġġ morali ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Il-bidu taż-żodijaku fejn int bħal Cancer għandek erba’ ġimgħat b’saħħithom u li għalkemm ġewwa fik xorta m’intix kuntenta għal dak li hemm bħalissa madwarek minn barra bħal qisek qed turi li kollox sew. Is-sitwazzjoni hija ferm opposta. Taqtax qalbek għax minn din il-ġimgħa dan ser jinbidel u hekk int se tibda ġejja f’postok. Ħejji sew lilek innifsek għax taf minn xiex għaddejt.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku se tagħtik appoġġ morali ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Il-bidu taż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Cancer għalik ifisser li int trid tagħraf li għadu mhux il-mument it-tajjeb u għad irid jgħaddi iktar żmien biex is-sitwazzjoni kollha ta’ madwarek tkun waħda pożittiva. Kif int bħalissa għad hemm xi intoppi u għalhekk wara dan il-pjan irid ikun hemm ħajja stabbli u b’hekk dak li se tagħmel ikun iktar ta’ sodisfazzjoni.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku se tagħtik appoġġ morali ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Il-bidu taż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Cancer ser jgħinnek iddur madwarek innifsek sabiex tagħraf tikkumbatti dak li sfortunatament mhux iħallik tavvanza kif għandek tavvanza. Dan qiegħed ikun ta’ tfixkil għalik għalhekk waqt li din l-arja pożittiva qiegħda hemm int trid tagħraf tuża moħħok, tħares ’il quddiem u ma tibqax imwaħħla mal-passat fejn taf li dan żgur ma jgħoddx għalik. Għalhekk agħmel kuraġġ u kkumbatti u żgur tegħleb dan il-mument.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-E           rbgħa

L-istilla li fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku se tagħtik appoġġ morali ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Il-bidu taż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Cancer se jibda b’ostakolu li jinqala’ u jaf iħalli ċerti effetti li jħarbatlek ċertu pjanijiet. Għalhekk waqt li tara kif b’aktar mod intelliġenti tista’ tegħleb dan l-ostaklu li jinqala’ allarieda. Int bil-mod trid tibqa’ għaddej bil-pjanijiet tiegħek. Aħtaf dan il-perjodu sabiex tagħraf tissaħħaħ eta l-affarijiet ikunu diffiċli madwarek.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku se tagħtik appoġġ morali ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

 

Il-bidu taż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Cancer ser joffilek żmien sabiex tinduna min huma l-vera ħbieb sinċiera u ġenwini. Sfortunatament għandek ħafna ħbieb imma mhumiex ħbieb li tista’ tafda. Għalhekk f’dawn il-jiem li ġejjin għandek tagħmel analiżi ta’ min vera huma dawn il-ħbieb. Dawk li mhumiex tajba għalik agħmel il-kuraġġ u aqta’ kull rabta li għandek.

Kulura favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku se tagħtik appoġġ morali ġejja minn Cancer

Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-bidu taż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Cancer se jurik li int ma tistax tibqa’ mweħħla fil-passat. Trid li l-passat li sfortunatament weħel miegħek, tara kif tagħmel u timblukkah. Inti ma tistax taspira lejn futur aħjar jekk int ser tibqa’ marbut mal-passat. jekk finalment tara li m’intix kapaċi tagħlaq dan il-passat allura għandek issib lil dik il-peruna li magħha tassew tħossok komdu.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku se tagħtik appoġġ morali ġejja minn Leo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-bidu taż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Cancer huwa dak il-perjodu fejn int trid tagħmel analiżi tiegħek innifsek. Issib ftit mumenti biex tara x’hemm bżonn isir adwarek sabiex int tkun kapaċi tħares ’il quddiem. Huwa ferm importanti li tagħmel din il-pawża għalik innifsek u dan importanti l-aktar sabiex dak li hemm ġej għalik fil-futur jagħmlek sodisfatta.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku se tagħtik appoġġ morali ġejja minn Virgo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment