Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

L-Oroskopju għal din il-ġimgħa

Ara xi jgħidu l-istilel għal din il-ġimgħa...minn Paul Jon

Paul Jon / 22 ta' Mejju 2017 17:51
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Minħabba li bħalissa Aquarius hija taħt iż-żodijaku ta’ Taurus, din il-pożizzjoni mhix qiegħda tkun waħda komda sabiex int bħala Aquarius timxi b'dik ir-rankatura li int suppost miexja biha fil-ħajja ta’ madwarek madankollu żomm lilek nnifsek iffokata ftit aktar mis-soltu sabiex b’din il-pożizzjoni ma tikkommettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta’ konsegwenzi għalhekk agħraf aktar sabiex tkattar aktar lilek u ta’ madwarek.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek gwida ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Minħabba li bħalissa Pisces hija taħt iż-żodijaku ta’ Taurus, din taf ikollha effett fuqek li tħossok xi ftit nervuża ftit aktar mis-soltu, issa minħabba hekk, int trid tagħraf aktar tikkontrolla kemm aktar lilek nnifsek u aktar is-sitwazzjionijiet li jistgħu jiżvilupaw madwarek u kaġun tagħhom int titlef ftit il-kontroll. Sfortunatment ġej żmien ftit iebes għalik imma agħraf ikkonfrontah kemm tista’ pożittivament u dan joffrilek aktar opprtunitajiet sbieħ.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek gwida ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Minħabba li bħalissa Aries hija taħt iż-żodijaku ta’ Taurus, dan ser ikollu effett ovvjament li tkun aktar iebsa u forsi jaf jagħmlek xi ftit aktar nervuża mis-soltu, għalhekk issa li int taf dan kollu suppost għandek tagħraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek u kemm il-madwar tiegħek sabiex tieħu dak li jinqala’ madwarek b'aktar kalma u trankwillità. Huwa importanti li int tkun kawta sabiex b'hekk tagħraf iżjed dak li hemm ġej għalik. 

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta       

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek gwida ġejja minn Saggitarius

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Minħabba li bħalissa Taurus hija taħt iż-żodijaku tagħha stess, din se tagħmlek ftit aktar bla paċenzja u tibda tħossok li trid l-affarjiet ta’ madwarek ikunu fuq pass aktar mgħaġġel, issa dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi aktar b'saħħtek f'dak li ġej però trid tagħraf tikkontrolla biss il-paċenzja għax xi kultant fil-ħajja int ma tkunx fil-kontroll ta’ dak kollu madwrek għalhekk agħraf kun aktar int u tħalli lil ħadd jipprova jiżvijak. Int mexxi lilek innifsek.  

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek gwida ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Minħabba li bħalissa Gemini hija taħt iż-żodijaku ta’ Taurus, li tinsab biss ftit ’il bogħod mill-istess Gemini, din se toħloq tibdil ftit aktar mgħaġġel madwarek, iktar minn dak li int imdorri fih. Għal Gemini t-tibdil huwa xi ħaġa komuni għax dak huwa mfassal fihom, però li mhux iseħħ fuq ritmu mgħaġġel kif sejjer jiġri issa f'dawn il-ġimgħat li ġejjin. Għalkemm ser jiġri dan, tibżax anzi emmen f'dan it-tibdil li se jagħmlek aħjar u aktar b'saħħtek. 

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Tnejn

L-istilla li se toffrilek gwida ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Minħabba li bħalissa Cancer hija taħt iż-żodijaku ta’ Taurus, din se tagħmlek tagħraf aktar il-kontroll tiegħek innifsek, fejn jekk int is-soltu tkun ikkontrollata minn ċertu aspetti tal-ħajja tiegħek dan issa sejjer isib oppożizzjoni. Jekk int għandek relazjoni ta’ mħabba trid tagħraf aktar kif taġixxi għax ovvjament dan se juri ħafna differenza fik. Agħraf li timxi bil-moħħ u mhux bil-qalb u hekk dak li hemm ġej tagħraf tifhmu aktar.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek gwida ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Minħabba li bħalissa Leo hija taħt iż-żodijaku ta’ Taurus, din se tqawwilek izjed l-abbiltà li tagħraf il-kontroll tal-ħajja kemm tiegħek personali u anka ta’ madwarek. Dan huwa perjodu li jista’ jkun li int terġa’ tirabaħ forsi dak li tlift jew ħadulek mill-karattru li int tant magħruf tant għalih. Għalhekk aħtaf dan il-perjodu sabiex int terġa’ tikber fil-kunfidenza tiegħek innifsek u b'din il-kunfidenza tkattar aktar dak li verament int. 

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek gwida ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Minħabba li bħalissa Virgo tinsab taħt il-fażi żodijaku ta’ Taurus, din il-fażi se tiftaħlek toroq aktar pożittivi fl imħabba, fejn sa xi ftit żmien ilu int kont qed issib diversi intoppi issa dawn sejrin jibdew jinħallu u ħa tara li dak li int tixtieq fl-imħabba ser jibda jersaq lejk aktar mis-soltu imma trid iżżomm f'moħħok li din hi biss fażi. Għalhekk agħraf dan sabiex int tibqa’ stabbli u xejn ma jfixklek 

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek gwida ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Minħabba li bħalissa Libra tinsab taħt il-fażi żodijaku ta’ Taurus, din il-fażi ovvjament se tagħtik dik is-saħħa pożittiva fil-karriera ta’ madwarek, intoppi li setgħu nqalgħu dan l-aħħar u forsi ġabu ftit tensjoni madwarek issa dan jibda jgħaddi u int se tara li dak li beda jinħass diffiċili waqt xi ftehim ta’ xi kuntratt issa dan mhux ser ikun aktar. Hekk int ħa tieħu dik ir-rankatura li tixtieq sabiex twasslek fejn tixtieq.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek gwida ġejja Gemini

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Minħabba li bħalissa Scorpio tinsab taħt il-fażi żodijaku ta’ Taurus, din se tagħtik nifs ġdid fit-taqbid li għadejja minnu bħalissa. Din il-fażi se toffrilek toroq ġodda kif int għandek tegħleb it-taqbid li hemm madwarek, dan ukoll se joffri xi ftit ta’ sagrifiċċji min-naħa tiegħek imma meta int b'dak kollu li tkun qed tagħmel qed tikseb riżulatati aħjar dan se jagħtik kuraġġ għal quddiem żomm lilek innifsek iffokata.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek gwida ġejja minn Cancer

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Minħabba li bħalissa Sagittarius tinsab taħt il-fażi żodajaku ta’ Taurus, din se twassal għal ftit ta’ mumenti ta’ riflessjoni dwar l-imħabba kemm dik li hemm fil-mument u anka jista’ jkun hemm xi riflessjonijet dwar l-imħabba li kellek fil-passat imma r-raġuni għal dan ser tkun waħda biss sabiex int ma tirrepetix l-istess żbalji li fil-passat sfortuntament int soffrejt ħafna minħabba f'hekk agħraf aktar 

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek gwida ġejja minn Leo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Minħabba li bħalissa Capricorn tinsab taħt il-fażi żodijaku ta’ Taurus, din se toffrilek aktar spazju għalik sabiex int tkun tista’ ssib ħin ta’ rilassament. Bħalissa int għandek bżonn spazju ta’ ħin sabiex tiralassa, tmur xi mixja, tibda gym, dak li taħseb li huwa tajjeb għalik sabix int tirralassa wettqu. Dan il-mument għas-saħħa tiegħek huwa ferm tajjeb sabiex issib dan il-mezz għalik li tant huwa meħtieġ.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek gwida ġejja minn Virgo

Capricorn huma magħrufin għall-ispont

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook