Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

L-Oroskopju

Aqra x'jgħidu l-istilel għal din il-ġimgħa, fl-Oroskopju mwassal lilkom minn PaulJon

Paul Jon / 1 ta' Mejju 2017 13:25
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Taurus u li din sejra ġġib magħha taqlib. F’dan il-perjodu, se joffrulek opportunità pożittiva mmens f’kull sitwazzjoni li għal dawn il-ġimgħat, int se tiltaqa’ magħhom, imma jekk dejjem int temmen fik innifsek, aktar u aktar jekk int temmen li jistgħu jinqalgħu xi problemi, u dan jista’ jiġri. Int kontra kollox tkun kapaċi tgħeleb kull ostaklu li jiġi. Dan huwa l-aqwa żmien fl-astroloġija għalik sabiex int tagħraf aktar il-kontroll tiegħek innifsek, u hekk int tikber aktar fik innifsek, u hekk int tikber aktar fik innifsek.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Taurus hi ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Libra.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Taurus, u li din se ġġib magħha taqlib, int trid toqgħod ftit iktar attenta minn dak li forsi s-soltu ma kontx tagħti dik l-importanza mixtieqa. Trid tagħraf li int qiegħed kantuniera bogħod minn Gemini, u minħabba f’hekk , l-effett ta’ Taurus bħal qiegħed jaffetwa sabiex sitwazzjonijiet ta’ inqas importanza toqgħod ftit iktar attent minn dak li jista’ joħroġ minnhom. Aħjar tkun ftit iktar imħejji u ovvjament tagħti ftit iktar attenzjoni sabiex int tkun aktar tista’ tissaħħaħ madwarek.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Taurus hi ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Taurus, u li din sejra tagħmlek trattab aktar ir-ras iebsa li int taf ikollok minn mument għall-ieħor. Dan għaliex taħt dan iż-żodijaku, taħt Taurus, aktar minn qatt qabel se jkun effettiv ċertu ebusija fik, u dan jaf ikun ta’ ħafna xkiel, kemm mil-lat ta’ karriera, wisq aktar jekk int għandek relazzjoni. Għalhekk, li int taf li jista’ jkollok aktar mument fejn tista’ twebbes ir-ras iebsa, dan ipprova ċekknu. Uża aktar moħħok milli tuża qalbek. Hekk biss int tista’ timxi aktar ’il quddiem.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt          

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Taurus hi ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Sagittarius

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla tiegħek, int bħala Taurus, din għalik tfisser li se jkollok ftit ta’ taqbida sabiex tagħraf iktar timxi b’moħħok milli b’qalbek. Għal dawn il-ftit ġimgħat, qalbek ħalliha ġo kexxun. Sabiex int tkun tista’ timxi fuq dak li taħseb, bil-għaqal u bil-moħħ. Jekk int jirnexxielek tagħmel dan, se tasal f’aktar sitwazzjonijiet pożittivi milli kont kieku tuża dak li jiġi madwarek bil-qalb. Importanti li tagħraf dan l-istadju għax dan jaf ikun ta’ mera għall-futur qarib tiegħek. Agħraf aktar dan il-mument.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Taurus hi ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Taurus, għalik, din se toffrilek toroq iktar miftuħa ta’ opportunitajiet kemm fil-karriera tiegħek u anke jekk int għandek relazzjoni taħt dan iż-żodijaku ta’ Taurus, din se toffrilek xejra ta’ tibdil pożittiv. Però bħalissa l-aktar li qiegħda tispikka hija linja tal-karriera fejn hemm ħafna tibdil kompletament ġdid għalik, però, int issa trid tkun moħħok ferm iffukat sabiex tkompli tibrilla fil-qasam ta’ madwarek. Agħraf it-tkattir f’dan il-perjodu li riesaq lejk.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Taurus hi ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Taurus, dan għalik se jkun ifisser li se tiċċaqlaq iktar lejn l-istabbiltà ta’ dak li int qiegħed tant tiffoka fuqu. Issa, dak il-perjodu li grazzi għaż-żodijaku ta’ Taurus, int se tkun iffukat fuq il-madwar tiegħek, aktar mis-soltu, u dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ, però trid tagħraf li żżomm bilanċ ma tkomplija tal-ħajja ta’ madwarek. Żbilanċ jaf joħloq kumplikazzjonijiet. Tippermettix dan, meta int riesaq lejn dak li dejjem xtaqt.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Taurus hi ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Taurus, dan għalik se jkun ifisser li int għandek tibda tagħraf iktar l-abbiltà tiegħek fejn ma tantx għandek f’dan il-perjodu tagħraf timxi fuq pariri ta’ ħaddieħor. Li tisma’ parirm dejjem huwa ta’ linja gwida, imma asal s’hemm. Taħt iż-żodijaku ta’ Taurus, int għandek tkun b’saħħtek biżżejjed sabiex tasal għall-konklużjonijiet kważi mingħajr ebda pariri ta’ xejn. Għalhekk, dan huwa żmien sabiex int tagħraf titkattar aktar bl-abbiltà tiegħek, kemm fil-ħajja personali ta’ madwarek, u wisq aktar fil-karriera tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Taurus hi ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Taurus, dan għalik se jkun ifisser li issa, il-perjodu ta’ madwarek se jkun iktar stabbli minn dak li jkun is-soltu, u hekk kif tagħraf dan il-perjodu ta’ stabbiltà, agħraf aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi iktar aħjar kemm fil-karriera jew ħidma li int topera. Tagħraf iktar sabiex issib spazju għalik personali, dejn anke ħin għal ċertu eżerċizzju. Jekk int f’relazzjoni, dan ukoll huwa tajjeb. Għalhekk, agħraf aħtaf din l-opportunità stabbli li hemm ġejja għalik, u fdan se jawguralek dak is-suċċess li tant tixtieq.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Taurus hi ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Taurus, dan għalik se jkun ifisser li int tista’ f’dan il-perjodu tagħraf iktar il-bżonnijiet personali tiegħek, l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament. Għalhekk, ikun tajjeb li dan il-perjodu ddur waħda dawra madwarek sabiex meta jasal aktar mument ta’ pressjoni fil-karriera, int tkun iktar imħejji u aktar ma tkun imħejji, aktar tagħraf tilqa’ dawn il-pressjonijiet li għandhom jersqu lejk. Agħraf dan il-perjodu u agħraf iżjed sabiex twettaq iżjed il-bżonnijiet prinċipali tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Taurus hi ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Taurus, dan għalik se jkun ifisser li int trid toqgħod ferm attent tul dan il-perjodu kif tagħraf tiddeċiedi għal xi deċiżjonijiet li ġejjin fil-viċin lejk. Dan huwa perjodu delikat għalik li taqa’ taħt din l-istilla meta tinsab taħt iż-żodijaku ta’ Taurus. Din is-sitwazzjoni taf ukoll toħloq ċertu nervi ġewwa fik. Għalhekk, int trid tagħraf iżżomm kemm tista’ kawl sabiex kif spjegajt, ma tagħmilx deċiżjonijiet mgħaġġla u dan jaf ikun ta’ inkwiet fħalik fil-futur. Agħraf żomm dan il-perjodu kalm kemm tista’ sabiex int tibqa’ stabbli f’dan il-perjodu.

Kulura favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Taurus hi ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Cancer

Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Taurus li dan għalik se jkun ifisser li int se tħossok xi ftit imfixkel bejn dak li kellek fl-imħabba fil-passat, għal dak li int fil-preżent għandek. Dawn il-ħsibijiet taħt iż-żodijaku ta’ Taurus, jafu joħolqu ftit ta’ konfużjoni. Għalhekk, int għandek biss tiffoka fuq dak li int għaddej minnu fil-preżent, għax jekk int se titfa’ l-ħsibijiet lura għall-passat, taf tiftaħ ferita li tkun ta’ dannu kbir fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk, agħraf biss f’dak li qiegħed u mhux f’dak li kont. Il-passat kien biss tagħlima. Imxi u ħares ’il quddiem.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Taurus hi ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Leo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Taurus li dan għalik se jkun ifisser li din se toħloq xi ftit tensjoni madwarek, ftit iktar mis-soltu, u dan l-aktar li se jaffetwak huwa kemm mal-ħbieb tiegħek, imma jaf ikun iktar fir-relazzjoni li int għandek. Taf tkun ħafna iktar f’nervi u kollox bħal qisek tara kollox ġej ħażin. Issa jekk int tagħraf tilqa’ għal dan li ġej, dan ikun perjodu qasir, imma jekk int titkaxkar mal-kurrent, din taf iddum sew madwarek. Agħraf din il-gwida ħalli tagħraf tikkumbatti u b’hekk int tissaħħaħ aktar.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Taurus hi ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Virgo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook