Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

L-Oroskopju

Karriera, xorti u mħabba... Xi tgħidlek l-istilla tiegħek għal din il-ġimgħa

Paul Jon / 17 t'April 2017 09:10
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Ix-xahar ta’ April taħt iż-żodjaku ta’ Aries se jipprovdilek li trid tagħraf tkun ċara dwar eżattament x'vera trid kemm fil-ħajja ta’ madwarek u kemm fil-ħajja personali tiegħek , li int qed tipprova taħrab mir-realtà ma jiswa xejn, anzi taf qed tikkrea ċirku ta’ negattività li mbagħad jista’ jibda joħloq sitwazzjonijiet xi ftit ta’ diffikultà madwarek li jaf jagħtik dik l-enerġija li int tieħu pożizzjoni li wara tagħraf kemm int tħossok ferm aħjar u hekk int għandek tibda tħejji lilek aktar għal dal li ġej taħt Taurus.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar t’April se timlik b’kuraġġ ġejja minn Gemini.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Ix-xahar ta’ April li taħt iż-żodjaku ta’ Aries għalik sejjer ikun dak ix-xahar ta’ riflessjoni fuq il-ħajja kompluta ta’ madwarek, wasal il-mument sabiex tagħmel xi ftit irtokki personalment, u grazzi għal dawn l-irtokki dawn għandhom iservuk sabiex int tkompli tikber, tissaħaħ u tagħraf aktar il-ħajja ta’ madwarek, tagħraf kemm għandek potenzjal, kemm għandek x’tagħti, tajjeb li tagħmel ftit meditazzjoni sabiex int tibda tħossok aħjar u hekk int għandek tibda tħejji lilek innifsek aktar għal dak li ġej taħt Taurus. 

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar t’April se timlik b’kuraġġ ġejja minn Cancer

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Ix-xahar ta April li taħt iż-żodjaku  għalik sejjer ikun dak ix-xahar ta’ konċentrazzjoni aktar fil-karriera tiegħek, huwa xahar fejn int trid ittejjeb il-ħidma ta’ madwarek, tara x’hemm bżonn aktar li jkun viabbli għalik u dak li mhux naqqsu, huwa xahar li għalkemm se tiffoka fuq il-karriera grazzi għal dan int tista’ wkoll tagħraf issib aktar bilanċ fil-ħajja personali għalik dan jista’ jkun ta’ pass aktar stabbli li tagħraf tkun aktar bilanċjat sabiex int tħejji lilek aktar aħjar għal dak li ġej taħt Taurus.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar t’April se timlik b’kuraġġ ġejja minn Leo.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Ix-xahar ta’ April li taħt iż-żodjaku ta’ Aries għalik sejjer ikun dak ix-xahar ta’ sfida sabiex tagħraf il-valur ta’ madawrek , jista’ jkun li int persuna li ma tapprezzax biżżejjed dak li hemm madwarek, għalhekk dan huwa dak ix-xahar fejn int għandek iċ-ċans kollu sabiex din is-sitwazzjoni tirranġaha u meta se tgħaqqad kollox se tagħraf kemm tista’ tkun aħjar fil ħajja tiegħek meta tapprezza dak li hemm madwarek. Agħraf dan sabiex int tħejji lilek innifsek aħjar għal dak li ġej taħt Taurus.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar t’April se timlik b’kuraġġ ġejja minn Virgo.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Ix-xahar ta’ April li taħt iż-żodjaku għalik sejjer ikun dak ix-xahar li int sejjer tagħraf aktar il-ħajja spiritwali ta’ madwarek, jiġiferi jekk forsi ilek ma tkun iffokat spiritwalment, dan ix-xahar sejjer ikun dak ix-xahar li jagħtik motivazzjoni kemm fil-ħajja bħala uman u kemm bħala ħajja spiritwali, ħabib li sejjer tiltaqa’ miegħu sejjer jagħtik aspirazzjoni aktar f'dan ir-rigward, dan ikun pass pożittiv għall-ħajja ta’ madwarek sabiex int tħejji lilek aktar aħjar għal dak li ġej taħt Taurus.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar t’April se timlik b’kuraġġ ġejja minn Libra.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Ix-xahar t’ April li taħt iż-żodajku ta’ Aries għalik sejjer ikun dak ix-xahar ta’ deċiżjoni ta’ bidla fil-karriera tiegħek sejra tkun deċiżjoni verament iebsa li int se tagħmel imma fl-aħħar mil-aħħar din sejra mbagħad tiftaħlek bibien li sa issa sfortunatament kienu magħluqin, issa se tara kemm int kapaċi tibni karriera tibni ħajja aktar immexxija minnek u mhux il-ħajja tkun adatta għalik minn ħaddieħor, tibżax minn dan il-pass għax ħa tkun aktar stabbli minn qabel u hekk int tħejji lilek nnifsek aħjar għal dak li ġej taħt Taurus. 

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar t’April se timlik b’kuraġġ ġejja minn Saggitarius.

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu

Ix-xahar t’ April li taħt iż-żodajku ta’ Aries għalik sejjer ikun dak ix-xahar fejn sejjer jistumilak fit-tmexxija għaqlija li int tant magħruf għalija, dan ix-xahar sejjer jagħtik dil-fortuna li jista’ jkun kienet naqset xi ftit minn madwarek sabiex tagħraf aktar tmexxi lilek lejn dak li huwa verament ta’ bżonn għall-ħajja tiegħek, jekk kont xi ftit inċert dwar dan issa dan ix-xahar sejjer jerġa’ jagħtik dik il-qawwa li tagħraf timxi kif tixtieq int sabiex hekk int tħejji lilek innifsek aħjar għal dak li ġej taħt Taurus.      

Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar t’April se timlik b’kuraġġ ġejja minn Scorpio.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Ix-xahar t’April li taħt iż-żodjaku ta’ Aries għalik li taqa’ taħt din l-istilla fil-jiem li ġejjin ħa ssib quddiemek fixkla li jekk int ma tagħrafx tikkontrolla taf tikkundizzjonalek il-ħajja ta’ madawrek l-aktar imma fejn tidħol l-imħabba għalhekk trid tagħraf mill-ewwel tilqa’ għal dan, għalkemm int se taħseb li din mhux sejra tkun xi sitwazzjoni kkumplikata imma filfatt sejra tkun, ovvjament kollox jibda sabiħ! Teriqx imbagħad tipprova ssalva u hekk int tħejji aħjar għal dak li ġej taħt Taurus. 

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar t’April se timlik b’kuraġġ ġejja minn Taurus.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

Ix-xahar t’April li taħt iż-żodjaku ta’ Aries għalik li taqa’ taħt din l-istilla huwa mument ta’ kif se ġġib ruħek mal-ħbieb tiegħek u dawk kollha li huma b’xi mod imdaħħlin fil-ħajja tiegħek, issa wara taqliba li int għamilt madwarek issa ovvjament trid tagħraf kif int sejjer tkompli din it-taqliba ma’ dawk kollha ta’ madwarek, tajjeb li tkompli tanalizza fejn hemm bżonn sabiex tkompli ssaħħaħ din it-taqliba imma wara dan kollu kun prudenti sabiex int tħejji aħjar għal dak li ġej taħt Taurus.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar t’April se timlik b’kuraġġ ġejja minn Gemini.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

 

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Ix-xahar ta’ April li taħt iż-żodjaku ta’ Aries għalik li taqa’ taħt din l-istilla huwa mument ta’ riflessjoni profonda fuq direzzjoni li int trid żgur tieħu f'dawn ix-xhur li ġejjin, issa jekk int m’intix se tagħraf tkun kawta fil-ħajja ta’ madwarek jaf ikollok riflessjoni ta’ negattività li żgur bħalissa mhux il-mument li int għandek bżonn, agħraf l-importanza ta’ dak li ridt jitwettaq issa li kważi wasalt, tħarbatx kollox fl-aħħar ftit li baqa’ sabiex int tħejji aħjar għal dak li ġej taħt Taurus.  

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar t’April se timlik b’kuraġġ ġejja minn Cancer.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.

 

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Ix-xahar ta’ April li taħt  iż-żodjaku ta’ Aries għalik li taqa’ taħt din l-istilla huwa perjodu ta’ lil min se tafda l-aktar f'dan il-mument li int bħalissa tinsab fih, għalkemm fil-passat ġarrabt meta int fdajt għalhekk bħalissa qed tinholoq sitwazzjoni li trid tevalwa lil min vera għandek tafda, ovvjament fejn tista’ timxi waħdek dan huwa l-aħjar li tista’ tagħmel imma fejn ma tistax trid tagħmel analiżi ftit profonda sabiex tagħraf tkun gwidata aktar u hekk int tħejji aktar lilek innifsek għal dak li ġej taħt Taurus. 

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar t’April se timlik b’kuraġġ ġejja minn Aries.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

 

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Ix-xahar ta’ April li taħt iż-żodjaku ta’ Aries għalik li taqa’ taħt din l-istilla huwa mument fejn trid tagħraf aktar kemm lilek u kemm ir-responsabbiltà li int għandek madwarek, dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet bħalissa toħħshom xi ftit iebsin imma taqtax qalbek wara li tgħaddi din il-fażi se tagħraf kemm kien għaqli li int bqajt tagħraf lilek innifsek u żammejt kawta għal dak kollu li kien għaddej, dan ovjament sejjer ikompli ikabbrek aktar u hekk int tħejji aktar lilek innifsek għal dak li ġej taħt Taurus 

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar t’April se timlik b’kuraġġ ġejja minn Pisces.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook