Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

L-Oroskopju

Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Paul Jon / 3 t'April 2017 09:13
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Ix-xahar ta’ April se jibda għalik billi int trid tagħraf fejn tixtieq verament tasal. Żmien li taħseb li issa wasal lejn it-tmiem, issa trid tasal għal deċiżjoni, u fan important sabiex tibda l-aħħar tax-xahar ta’ sena f’direzzjoni li bil-mod, tagħtik iktar kontribut pożittiv, f’dak li hemm ġej għalik. Jekk dan ma jkunx, allura sfortunatament għalik ġej żmien iebes. Tippermettix li dan jiġri. Għandek żmien sabiħ ġej.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ April se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Ix-xahar ta’ April se jibda għalik billi int trid tnaqqas ftit mill-pressjoni kbira li għandek madwarek, sabiex għax-xahar li ġej, int issib ftit iktar spazju għalik u jekk int għandek relazzjoni, tqatta’ iktar ħin mal-partner tiegħek. Dan l-ispazju huwa bżonnjuż li int issibu sabiex int tibni lilek aktar aħjar, kemm fiżikament u mentalment. Int diġà tagħraf li kif int qed titlef mumenti importanti. Ibdel issa.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fix-xahar ta’ April se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Ix-xahar ta’ April se jibda għalik billi int trid tnaqqas ftit minn dik ir-ras iebsa li xi kultant, lanqas fil-barriera ma ssib. Agħraf agħmel dan sabiex tagħraf tkun iktar flessibbli fl-aħħar xahar li baqa’, mhux biss meta int se tħoll minn dik ir-ras iebsa se tagħraf kemm is-sitwazzjonijeit ta’ madwarek ikunu ferm aħjar. Il-personalità tiegħek trid iżżommha u fejn għandek punt, żommu imma fejn m’għandekx, ibda erħi u agħraf.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ April se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Sagittarius

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Ix-xahar ta’ April se jibda għalik billi int trid tasal lejn konklużjoni f’dak li int qed tħejji. Ovvjament, tagħmel sew li tidħol kemm tista’ fil-fond, però taf ukoll li issa m’għandekx għalfejn ittawwal aktar dak li kellek tagħraf. Żgur li kellek żmien biżżejjed. Għalhekk, issa għax-xahar li ġej, ibda wettaq dak li għandek twettaq. Tagħtix każ għal xi kummenti li int probabbilment se tirċievi. Ibqa’ konċentrat u ffukat.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ April se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Ix-xahar ta’ April se jibda għalik b’direzzjoni aktar ċara ta’ fejn u kif għandek tkompli tavvanza fil-karriera tiegħek. Ix-xahar li ġej, se jagħtik iktar laqgħat ma’ nies li huma ta’ importanza għal fejn int trid tasal. Ovvjament, mhux dejjem se ssib min jaqbel ma’ dak li int tħaddan, imma dan m’għandux ikun ta’ ostaklu għalik. Anzi, minn dak li jirriżulta, int tagħraf tieħu sabiex int tissaħħaħ f’dak li hemm ġej għalik.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fix-xahar ta’ April se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Ix-xahar ta’ April se jibda għalik xi ftit inċert minħabba l-pożizzjoni li hemm quddiemek. Ovvjament, tħallix din l-inċertezza titwessa’ iktar milli għandha titwessa’. Huwa importanti f’dan l-istadju li int issib iktar ħin għalik sabiex tagħraf tieħu dawk id-deċiżjonijiet li hemm jistennew quddiemek fl-aktar direzzjoni vijabbli għalik. Tinkwetax, dan il-mument se jingħeleb u f’nofs April tkun ferm aħjar.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ April se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Ix-xahar ta’ April se jibda għalik billi int terġa’ tibda tħoss dak li int tħobb u tieħu gost fih ikun aktar flessibbli għalik. Dan l-aħħar, minħabba pressjoni li ma stajtx twettaq dak li verament int tħobb, imma issa għax-xahar li ġej, dan tista’ twettqu. Dan se jkun ferm tajjeb għalik sabiex int tibni lilek innifsek aktar fi trankwillità. L-ispazju li int issib, ħudu kollu. Dan ikun il-pedament għal dak li ġej.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fix-xahar ta’ April se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Ix-xahar ta’ April se jibda għalik billi jiftaħlek toroq li int kont tara li huma kważi impossibbli li jinfetħu. Dan se jiġri sabiex int tkun tista’ tagħraf x’direzzjoni għandek tieħu fil-ġimgħat u xhur li ġejjin. Trid tagħraf liema minn dawn it-toroq huma vijabbli għalik sabiex int tista’ tkun ikkonċentrat fuq dawk li huma ta’ gwadann għalik. Tfixkil se jkun hemm madwarek, imma int kun iffukat.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ April se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Capricorn

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Ix-xahar ta’ April se jibda billi int trid tħejji pjan għas-sena li ġejja. Pjan ta’ bilanċ bejn il-karriera, li s-sena ddieħla se tkompli tissaħħaħ u tikber, u dan se jikkawża iktar responsabbiltà. Pjan ta’ bilanċ fir-relazzjoni li int ikollok madwarek fejn żgur trid tagħti aktar, imma l-aktar importanti s-sena d-dieħla wkoll huwa pjan ta’ kif se tqassam ħin għalik għar-relazzjoni. Trid issib ħin għalik ukoll.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ April se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Aquarius

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Ix-xahar ta’ April se jibda billi int trid tkun iktar ippreparat għal deċiżjonijiet li se jkunu ġejjin madwarek fiż-żmien li ġej. Se jkun hemm deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-probabbiltà ta’ tibdil ta’ dar li din se tkun ta’ uġigħ ta’ ras kbira. Anka fl-imħabba, jekk int f’relazzjoni, hawn ukoll se jkun hemm bżonn ta’ xi forma ta’ deċiżjonijiet. Ħejji lilek sew, sabiex tagħrad tieħu l-aħjar deċiżjonijiet.

Kulura favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ April se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Pisces

Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Ix-xahar ta’ April se jibda billi jagħtik direzzjoni fl-imħabba, magħrufa għal sitwazzjonijiet xi kultant diffiċli. Ukoll għandek passat li kemm tista’, trid tħallih warajk, dan se jkun żmien ta’ riflessjoni ta’ liema l-aħjar triq fiż-żmien li ġej għandek tadatta għall-imħabba. L-importanti li int tagħraf dak li huwa ta’ ġid għalik. Wasal iż-żmien li tagħraf biss dak li huwa tajjeb għalik biss.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ April se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Aries

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Ix-xahar ta’ April se jibda billi int trid tibda skeda ta’ direzzjoni bejn dak li huwa utli għalik u dak li jista’ jkun utli għal ta’ madwarek. Dan huwa perjodu ta’ riflessjoni kif int se tagħmel bilanċ bejn dak li int trid tkabbar madwarek, u fl-istess ħin, lil ta’ madwarek bħall-familja, il-ħbieb eċċ, ukoll tagħtihom l-importanza li jixirqilhom, u dan lilek se jpoġġik ferm aktar kuntent għall-ġejjieni.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fix-xahar ta’ April se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Taurus

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook