Il-Qamar Ġdid

Imwassal lilkom minn PaulJon

Illum se nwasslilkom informazzjoni dwar dak imsejjaħ bħala Qamar Ġdid jew kif nafuh aħjar, bħala New Moon

Fl-astroloġija għandna żewġ qmura: il-Qamar Kwinta u l-Qamar Ġdid, u propju llum se nwassal ftit informazzjoni dwar dan.

 

Il-qamar ġdid ta’ Pisces jibda għall-ħabta ta’ sbieħ il-Ħadd kmieni, u dan jiġri meta l-qamar jgħaddi minn quddiem ix-xemx.

Peress li dan se jaħbat fi żmien Pisces, se joffri pożittività kbira lil Aries, Taurus, Cancer, Virgo u Sagittarius.

Dan it-tip ta’ qamar se jkollu effett fuq ħafna sabiex ikunu magħqudin f’dik l-imħabba u f’aktar sensittività mis-soltu, billi jkunu aktar ħaġa waħda.

Se jkollu effett ukoll fuq il-ħajja tax-xogħol ta’ xi wħud fejn se jħossuhom jerfgħu iktar responsabbiltà fuqhom.

Però, dan il-qamar żgur li se jkun effettiv sabiex jiġġenera iktar qawwa pożittiva madwar l-istilel kollha.

 

Aqraw ukoll xi jgħidu l-istilel tagħkom għal din il-ġimgħa

More in Divertiment